23.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(2016/C 227/08)

1.

Fl-14 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NPM Capital NV (“NPM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Thijs Hendrix Beheer BV (“THB”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikoli 3(1) (b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Hendrix Genetics BV (“Hendrix”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ kuntratt. Attwalment Hendrix hija kkontrollata biss minn THB.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Għal NPM: kumpanija ta’ investiment, b’investimenti f’diversi setturi, bħal materjali tal-bini, prodotti tal-konsumaturi, kura tas-saħħa, kummerċ elettroniku, servizzi industrijali u l-bejgħ bl-imnut. NPM hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ SHV Holdings NV li hija kumpanija Olandiża tal-investiment b’investimenti f’diversi setturi tal-ekonomija, fosthom fil-produzzjoni tal-għalf tal-annimali u l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ tjur u laħam tal-majjal,

—   Għal UTC: kumpanija azzjonarja li hija l-azzjonista maġġoritarju ta’ Hendrix. THB hija wkoll attiva f’servizzi rikreattivi;

—   Għal Hendrix: it-tnissil u t-tkattir tal-annimali, b’mod partikolari (i) majjali, (ii) tjur, bħall-flieles ta’ ġurnata, u (iii) ħut.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta bin-numru ta’ referenza M.7883 — NPM Capital/Thijs Hendrix Beheer/Hendrix Genetics, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.