16.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8070 — Bancopopular-e/Assets of Barclays Bank)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 216/11)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bancopopular-e SA (“E-Com” jew “l-Akkwistatur”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-negozju fil-karti tal-pagamenti ta’ Barclays fi Spanja u l-Portugall (il-“Mira”) mingħand Barclays Bank PLC (“Barclays” jew il-“Bejjiegħ”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

E-Com tipprovdi servizzi relatati mal-ħruġ ta’ kards ta’ pagamenti fi Spanja. Sa ċertu punt, hija tipprovdi wkoll servizzi tal-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u distribuzzjoni tal-assigurazzjoni fis-suq Spanjol. E-com hija impriża konġunta kkontrollata flimkien minn Banco Popular u ċerti fondi affiljati privati ġestiti minn Värde Partners Inc. (“Värde”).

Il-Mira tikkonsisti fin-negozju tal-karti tal-kreditu ta’ Barclays fil-Portugall u Spanja li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u s-servizzi ta’ appoġġ ta’ kontijiet tal-kreditu tal-konsumatur, karti tal-kreditu tal-konsumatur, prodotti tal-karti tal-kreditu għall-konsumatur, prodotti ta’ ħlas bil-kard tal-kreditu tal-konsumatur u s-self b’kard tal-kreditu tal-konsumatur. Barra minn hekk, il-Mira għandha preżenza marġinali fis-suq tad-distribuzzjoni tas-servizzi tal-assigurazzjoni fi Spanja u l-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8070 — Bancopopular-e/Assets of Barclays Bank, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.