25.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 186/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8048 — Ardagh/Ball Rexam Divestment Business)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 186/08)
1. |
Fit-18 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ardagh SA (“Ardagh”, il-Lussemburgu) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' assi divestiti minn Ball Corporation biex takkwista approvazzjoni regolatorju għall-akkwist tagħha ta' Rexam PPLC (“the Ball/Rexam Divestment Business”), permezz ta' xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Ardagh: il-produzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ ppakkjar riġidu għall-industriji tal-ikel, ix-xorb, u l-prodotti għall-konsumatur, — għal Ball/Rexam Divestment Business: il-manifattura ta’ bottijiet tax-xorb minerali. Fiż-ŻEE, il-Ball/Rexam Divestment Business jikkonsisti minn tmien impjanti tal-manifattura ta' bottijiet tax-xorb minerali Ball, żewġ impjanti terminali Ball, żewġ impjanti tal-manifattura tal-bottijiet tax-xorb minerali Rexam u ċerti faċilitajiet ta' appoġġ u innovazzjoni fil-Ġermanja u fir-Renju Unit. Il-Ball/Rexam Divestment Business jinkludi wkoll assi barra miż-ŻEE, speċjalment fl-Istati Uniti u fil-Brażil. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8048 — Ardagh/Ball Rexam Divestment Business, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.