21.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ COMP/8063 — Caixabank/Banco BPI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 184/08)

1.

Fit-12 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CaixaBank, SA (“Caixabank”, Spanja) li tappartjeni għall-grupp Fundación Bancaria Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (Spanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Banco BPI (“BPI”, il-Portugall) permezz ta’ offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CaixaBank: servizzi bankarji (għall-konsumatur, korporattivi, servizzi bankarji privati), servizzi kollettivi ta’ investiment u ta’ titolizzazzjoni kif ukoll il-provvista ta’ prodotti tal-assigurazzjoni speċjalizzati.

—   għal BPI: servizzi bankarji ta’ investiment (ishma, prodotti finanzjarji korporattivi u servizzi bankarji privati), servizzi bankarji għal klijenti privati, il-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment, fondi tal-pensjoni u assigurazzjoni tal-ħajja-kapitalizzazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza COMP/8063 — Caixabank/Banco BPI, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.