27.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/2 |
Il-Programm HERCULE III
Sejħa għal proposti — 2016
Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku
(2016/C 148/02)
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ Sejħa għal Proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-Programm Hercule III (1), b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2016 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2016, b’mod partikolari t-Taqsima 7.2.1 (Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku).
Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2016 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għal Proposti għal “Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku”.
2. Applikanti eliġibbli
Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:
— |
L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipanti li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni f’livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jew |
— |
L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ sakemm ikunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż parteċipantiparteċipanti, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
L-Artikolu 7(2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti li mhumiex Stati Membri.
3. Azzjonijiet eliġibbli
L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament skont din is-Sejħa għal Proposti huma:
1. |
L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka bi profil għoli, inklużi studji fil-liġi komparattiva; |
2. |
It-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi (permezz ta’ azzjonijiet bħal konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma), inkluża l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet tal-Liġi Kriminali Ewropea u tal-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjari tal-Unjoni; |
3. |
Is-sensibilizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġudikatura u fergħat oħra tal-professjoni ġuridika għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluża l-pubblikazzjoni tal-għarfien xjentifiku li jikkonċerna l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
L-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: studji fid-dritt komparattiv, konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, pubblikazzjonijiet perjodiċi, eċċ.
4. Baġit
Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 500 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fis-Sejħa hemm elenkati l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u dawk debitament ġustifikati.
Il-limitu minimu stabbilit għal azzjoni ta’ “Taħriġ u Studju fil-Qasam Legali” jkun EUR 40 000. Il-baġit kollu ta’ azzjoni li għaliha tintalab għotja ma jkunx anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
5. Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn: Il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju 2016.
6. Informazzjoni ulterjuri
Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għall-Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit web:
http://ec.europa.eu/anti_fraud/policy/hercule/index_en.htm
Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:
OLAF-FMB-HERCULE-LEGAL@ec.europa.eu
Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida għall-mili tal-Formola ta’ Applikazzjoni fuq is-sit web tal-Internet tal-OLAF.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-finanzjament tal-Programm Hercule III fl-2016 C(2016) 868 tas-17 ta’ Frar 2016.