26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7985 — SEGRO/PSPIB/Target Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 146/14)

1.

Fit-18 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit) u l-Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar ir-Regolament il-kontroll konġunt ta’ erba’ assi loġistiċi fir-Repubblika Ċeka (The Damco Building f’Hostivice, Praga) u l-Italja (Bologna DC 6 — Geodis, Bologna DC 7 — One Express, Castel San Giovanni (CSC) Building N) (flimkien “Target Assets”) permezz ta’ xiri tal-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: huma propjetarji, jieħdu ħsieb il-ġestjoni u l-iżvilupp industrijali moderna tal-ħżin, id-dawl u ċ-ċentru tad-data rilevanti,

—   għal PSPIB: il-ġestjoni tal-istokkijiet, bonds u titoli oħra bi dħul fiss kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi naturali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7985 — SEGRO/PSPIB/Target Assets, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.