26.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 146/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikulari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż emittenti : Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : François Mitterrand

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jirrappreżenta l-profil ta’ François Mitterand qed jirrifletti. Fuq il-ġenb, is-simbolu personali tiegħu, siġra tal-ballut u taż-żebbuġ flimkien. Id-disinn huwa mdawwar fuq in-naħa ta’ fuq bid-dati taċ-ċentenarju tat-twelid tiegħu (“1916” u “2016”) kif ukoll b’ismu. Fuq in-naħa t’isfel, l-indikazzjoni tal-pajjiż emittenti “RF”.

Iċ-ċirku estern tal-munita jirrappreżenta t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 10 miljuni

Data tal-ħruġ : Ottubru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).