12.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7998 — Pacific Mezz/Oaktree/Railpool)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 128/05)

1.

Fl-4 ta' April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Pacific Mezz Investco S.à r.l. (“Pacific Mezz”, il-Lussemburgu), ġestita minn GIC Special Investments Pte Ltd (“GICSI”, Singapor), u Oaktree Capital Group, LLC (“Oaktree”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li taġixxi f'isem tal-fondi tal-investiment affiljati tagħha u entitajiet oħra, jakkwistaw fit-tifsira l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża OCM Luxembourg EPF III Railpool Topco S.à r.l. (“Railpool”, il-Lussemburgu), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Pacific Mezz: kumpanija azzjonarja ta’ investiment ġestita minn GICSI, maniġer ta’ portafoll dinji diversifikat ta’ investimenti fl-ekwità privata, kapital tar-riskju u fondi infrastrutturali, kif ukoll investimenti diretti f’kumpaniji privati.

—   għal Oaktree: ditta ta’ ġestjoni tal-investiment alternattiv dinjija speċjalizzata f’fondi ta’ investiment mhux tradizzjonali.

—   Railpool: fornitur kummerċjali ta’ kiri ta’ inġenji użati fil-ferroviji u servizzi anċillari.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7998 — Pacific Mezz/Oaktree/Railpool, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.