7.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/33


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7881 — AB InBev/SAB Miller)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 123/04)

1.

Fit-30 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Anheuser-Busch InBev SA/NV (“AB InBev”, il-Belġju) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża SAB Miller plc (“SAB Miller”, ir-Renju Unit) permezz ta' offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AB InBev: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta' birra, birra bi ftit alkoħol u dik bla alkoħol, sidru u xarbiet minerali,

—   għal SAB Miller: il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u d-distribuzzjoni ta' birra u xarbiet minerali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7881 — AB InBev/SAB Miller, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).