2.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/8


Notifika ta' sejħa għall-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat mill-aġenziji tal-pagamenti

(2016/C 117/04)

1.

Infetħet proċedura ta' preżentazzjoni tal-offerti għax-xiri sfurzat tat-trab tal-ħalib xkumat mill-aġenziji tal-pagamenti permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/482 (1). Id-dispożizzjonijiet applikabbli huma stabbiliti fit-Taqsima III tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (2).

2.

It-tfigħ tal-offerti għall-ewwel sejħa ta' offerti individwali jista' jsir sad-19 ta’ April 2016.

3.

L-offerti għandhom jitressqu lill-aġenziji tal-pagamenti. L-indirizzi tal-aġenziji tal-ħlas huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/agriculture/milk/policy-instruments/index_en.htm


(1)  ĠU L 87, 2.4.2016, p. 26.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).