5.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/8 |
Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020
(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1225)
(2016/C 89/11)
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed joħroġ tliet sejħiet għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma tal-2016 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020.
Qed jintlaqgħu l-proposti għal dawn it-tliet sejħiet:
CEF-TC-2016-1: Is-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)
CEF-TC-2016-1: L-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI)
CEF-TC-2016-1: L-Akkwist Pubbliku elettroniku
Il-baġit indikattiv totali disponibbli għall-proposti magħżula bħala parti minn dawn is-sejħiet huwa ta’ EUR 32 miljun.
Il-proposti għandhom jitressqu sad-19 ta’ Mejju 2016.
Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħiet tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:
https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/2016-cef-telecom-calls-proposals