13.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 58/41 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7850 — EDF/CGN/NNB Group of Companies)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 58/12)
1. |
Fl-4 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Electricité de France SA (“EDF”, Franza) u China General Nuclear Power Corporation (“CGN”, iċ-Ċina), ikkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“Central SASAC”), se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ grupp ta’ tliet kumpaniji ta’ bini nukleari ġdid (“NNB Group”, ir-Renju Unit): NNB Generation Company HPC Limited (“HPC Genco”), NNB Generation Company SZC Limited (“SZC Genco”) u NNB Generation Company BRB Limited (“BRB Genco”). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7850 — EDF/CGN/NNB Group of Companies, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).