13.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 58/40


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7758 — Hutchison 3G Italy/WIND/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 58/11)

1.

Fil-5 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hutchison Europe Telecommunications SARL (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited (“CKHH”, Hong Kong), u l-impriża VimpelCom Lussemburgu Holdings SARL (il-Lussemburgu), ikkontrollata minn VimpelCom Ltd (“VCL”, Bermuda) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida (l-“IK”, il-Lussemburgu) permezz ta’ kontribuzzjoni lill-IK tal-attivitajiet tan-negozju rispettivi tagħhom fl-Italja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CKHH huwa grupp multinazzjonali, bil-kwartieri tiegħu f’Hong Kong u elenkati fil-Honk Kong Stock Exchange Limited. CKHH għandu ħames negozji ċentrali: il-portijiet u servizzi relatati; il-bejgħ bl-imnut; l-infrastruttura; l-enerġija; u t-telekomunikazzjoni.

VCL huwa grupp multinazzjonali, bil-kwartieri tiegħu f’Amsterdam u nnegozjat fuq in-NASDAQ Global Select Market. VCL jipprovdi servizzi tal-leħen u tad-dejta permezz ta’ firxa ta’ teknoloġiji mobbli u fissi tradizzjonali u broadband f’14-il pajjiż taħt diversi marki kummerċjali differenti.

L-IK se tipprovdi servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u fissi fl-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7758 — Hutchison 3G Italy/WIND/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).