22.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7869 — Macquarie/Dolomiti Energia/Hydro Dolomiti Enel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 23/07)

1.

Fit-12 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Macquarie European Infrastructure Fund 4 LP (“MEIF4”, Guernsey), bażikament ikkontrollata minn Macquarie Group (l-Awstralja), u Dolomiti Energia S.p.A. (“Dolomiti”, l-Italja), li hija parti minn Dolomiti Energia Group (l-Italja), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Hydro Dolomiti Enel S.r.l. (“HDE”, l-Italja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MEIF 4 hija fond ta’ investiment bl-ingrossa li jiffoka fuq l-assi tat-trasport u l-utilitajiet li jinsabu f’ċerti pajjiżi Ewropej. MEIF 4 tippossjedi 100 % tal-ishma f’Renvico s.r.l. li topera portafoll ta’ parks eoliċi li jinsabu fl-Italja ċentrali u fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Dolomiti hija attiva f’diversi oqsma, fosthom fil-produzzjoni tal-elettriku; koġenerazzjoni tal-elettriċità-sħana; l-akkwist u l-bejgħ tal-elettriċità tal-gas metanu; id-distribuzzjoni tal-elettriċità; id-distribuzzjoni tal-gass tal-metanu; is-servizzi integrati tal-ilma; il-ġbir, it-trasport u r-rimi ta’ skart muniċipali; il-kostruzzjoni tal-impjanti fotovoltajċi u attivitajiet relatati mal-effiċjenza fl-enerġija. Dolomiti prinċipalment topera fit-Tramuntana tal-Italja.

HDR, attwalment proprjetà konġunta ta’ Enel Group (l-Italja) u Dolomiti, hija proprjetarja ta’ portafoll diversifikat li jopera fuq skala kbira fl-enerġija idro fit-Tramuntana tal-Italja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7869 — Macquarie/Dolomiti Energia/Hydro Dolomiti Enel, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.