15.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7822 — Dentsply/Sirona)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 12/05)

1.

Fis-7 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Dentsply International Inc. (“Dentsply”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Sirona Dental Systems, Inc. kollha kemm hi (“Sirona”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Dentsply tiddisinja, tiżviluppa, timmanifattura u tbiegħ firxa wiesgħa ta’ prodotti dentali konsumabbli għas-suq dentali professjonali. Dentsply timmanifattura u tikkummerċjalizza wkoll prodotti konsumabbli oħra tal-apparat mediku,

Sirona hija manifattur globali ta’ tagħmir dentali ta’ teknoloġija avvanzata u hija ffukata fuq l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għad-dentisti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7822 — Dentsply/Sirona, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).