|
14.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/2 |
Sejħa għall-proposti għall-ħolqien ta’ Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
(2016/C 11/02)
B’konformità mar-Regolament (KC) Nru 1292/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, qiegħed jingħata avviż hawnhekk tat-tnedija ta’ sejħa għall-proposti għall-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs).
Qed issir stedina għal proposti għas-sejħa li ġejja. Id-data ta’ skadenza tas-sejħa u l-informazzjoni rilevanti kollha qegħdin fit-test tas-sejħa, li hija ppubblikata fis-sit web tal-EIT.
Identifikatur tas-Sejħa: EIT-KICS-2016.
Oqsma ta’ prijorità indirizzati fis-sejħa: EIT Ikel (food4future: katina ta’ provvista sostenibbli mir-riżorsi sal-konsumaturi), u EIT Manifattura (manifattura b’valur miżjud).
Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-kriterji ta’ valutazzjoni u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi l-proposti hija disponibbli permezz tal-paġna KICs Call fuq is-sit web tal-EIT: http://eit.europa.eu/collaborate/2016-call-for-kics