30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 438/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7900 — CVC Capital Partners/USS WAY LP/Moto Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 438/05)

1.

Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CVC Capital Partners SICAV-FIS SA (“CVC Group”, il-Lussemburgu) u Universities Superannuation Scheme Limited (“USS”, ir-Renju Unit) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Moto Holdings Limited (il-“Mira”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CVC Group: konsulenza lil u ġestjoni ta’ fondi tal-investiment;

—   għal USS: taġixxi bħala fiduċjarja korporattiva unika tal-Universities Superannuation Scheme, li hija waħda mill-akbar fondi tal-pensjoni għas-settur privat fir-Renju Unit. L-iskema jamministra l-iskema tal-pensjoni prinċipali għall-persunal akkademiku u persunal komparabbli fl-universitajiet tar-Renju Unit u istituzzjonijiet oħra tal-edukazzjoni għolja u ta’ riċerka;

—   għall-Mira: it-tħaddim ta’ żoni ta’ servizz fl-awtostradi fir-Renju Unit bl-isem kummerċjali “Moto”.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7900 — CVC Capital Partners/USS WAY LP/Moto Holdings, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.