|
15.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 415/17 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/48/2015
Programm Erasmus+, Azzjoni Ewlenija 3: Appoġġ għar-riforma tal-politika — Appoġġ għall-Istrumenti ta’ Politika Ewropej
Assigurazzjoni tal-kwalità fil-livell Ewropew għat-titjib tat-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki
(2015/C 415/07)
1. Deskrizzjoni, Objettivi u Temi
L-objettiv ġenerali tas-sejħa huwa li jiġu ttestjati l-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-kriterji ta’ kwalità possibbli fil-livell Ewropew li jistgħu jiġu applikati meta:
|
— |
l-kwalifiki internazzjonali jew is-sistemi jew oqfsa tal-kwalifiki settorjali internazzjonali jiġu relatati mal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) (1) u għall-għoti ta’ kwalifiki internazzjonali li huma relatati mal-QEK, |
|
— |
il-profili ewlenin Ewropej potenzjali tal-kwalifiki jiġu relatati (2) mal-QEK u mal-għoti tal-kwalifiki li jirriżultaw minnhom, |
bil-għan li tinħoloq bażi għal fiduċja (3) fil-livelli u l-proċeduri għall-appoġġ tar-rikonoxximent tal-kwalifiki li jirriżultaw mill-profili ewlenin Ewropej tal-kwalifiki u biex jitjieb ir-rikonoxximent de-facto u formali tal-kwalifiki internazzjonali.
Din is-Sejħa ser tipprovdi l-finanzjament permezz tat-3 temi li ġejjin:
Tema A : Relatar ta’ sistema jew qafas ta’ kwalifiki settorjali internazzjonali mal-QEK u deskrizzjoni tal-prinċipji u l-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kriterji possibbli tal-kwalità għal dan u għall-għoti tal-kwalifiki li jirriżultaw minnu;
Tema B : Relatar ta’ kwalifika(i) (waħda jew iżjed) internazzjonali mal-QEK u deskrizzjoni tal-prinċipji u l-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kriterji ta’ kwalità possibbli għall-għoti ta’ din(dawn) il-kwalifika(i).
Tema Ċ : Żvilupp ta’ profil ewlieni Ewropew potenzjali ta’ kwalifiki wieħed jew iżjed ibbażat fuq il-profili okkupazzjonali tal-ESCO, u r-relatar tiegħu/tagħhom mal-QEK u deskrizzjoni tal-prinċipji u mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kriterji ta’ kwalità possibbli għall-għoti ta’ kwalifiki li jirriżultaw minnu. Minħabba li l-verżjoni sħiħa tal-ESCO ser tkun ippubblikata sal-2017, l-applikant irid jagħżel okkupazzjoni tal-livell 4 tal-ISCO waħda jew iżjed. Il-profil(i) okkupazzjonali rilevanti tal-ESCO sejrin jiġu pprovduti wara li jingħata l-proġett pilota.
2. Pajjiżi eliġibbli
|
— |
L-Istati Membri tal-UE, |
|
— |
pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili rispettivi, u soġġetti għall-istabbiliment ta’ Aġenzija Nazzjonali għall-Erasmus+, |
|
— |
pajjiżi tal-EFTA li huma parti għall-Ftehim taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim, |
|
— |
pajjiżi koperti mill-politika Ewropea tal-viċinat li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li jipprevedi l-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni, soġġetti għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali mal-Unjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm u soġġetti għall-istabbiliment ta’ Aġenzija Nazzjonali għall-Erasmus+. |
3. Applikanti eliġibbli
Is-sejħa hija miftuħa għal:
|
— |
Organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet Professjonali internazzjonali, |
|
— |
Organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet Professjonali nazzjonali, |
|
— |
Awtoritajiet pubbliċi u privati relatati mal-oqfsa tal-kwalifiki nazzjonali, |
|
— |
Sħab soċjali (UE, nazzjonali u settorjali), |
|
— |
Ċentri tar-riċerka, |
|
— |
Korpi li jagħmlu l-għotjiet pubbliċi u privati, |
|
— |
Fornituri tal-edukazzjoni u tat-taħriġ pubbliċi u privati, |
|
— |
Organizzazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew tal-Akkreditazzjoni pubbliċi u privati. |
Organizzazzjoni tista’ tissottometti applikazzjoni waħda biss għat-Tema A, B jew Ċ.
4. Attivitajiet Eliġibbli
L-attivitajiet jistgħu jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2016 u l-1 ta’ Awwissu 2016. L-attivitajiet li sejrin jiġu ffinanzjati taħt din is-sejħa jistgħu jinkludu rieżamijiet ibbażati fuq dokumenti, analiżi, riċerka, immappjar, stħarriġ, abbozzar ta’ proposti, ittestjar tar-riżultati preliminari mal-partijiet ikkonċernati, validazzjoni tar-riżultati, attivitajiet ta’ rapportar u koordinazzjoni mal-Kummissjoni (darbtejn fis-sena).
L-attivitajiet kollha għandu jkollhom natura jew impatt internazzjonali. Sabiex jinkisbu riżultati siewja, irid ikun involut grupp kbir rappreżentattiv tal-partijiet ikkonċernati f’aktar minn żewġ pajjiżi.
5. Kriterji tal-Għoti
Il-kriterji tal-għoti għall-finanzjament ta’ proposta huma:
|
1. |
Ir-rilevanza (20 %) |
|
2. |
Il-kwalità tat-tfassil tal-proġett u l-implimentazzjoni (30 %) |
|
3. |
Il-kwalità tal-arranġamenti (ta’ ħidma) tat-tim u tal-kooperazzjoni tal-proġett (30 %) |
|
4. |
Impatt u tixrid (20 %) |
6. Baġit
Il-baġit totali stmat disponibbli għall-kofinanzjament tal-azzjonijiet taħt din is-sejħa huwa ta’ EUR 400 000.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE ma tistax taqbeż il-75 % tal-ispejjeż tal-azzjonijiet totali eliġibbli.
L-għotja massima stmata ser tkun:
|
— |
180 000 EUR taħt Tema A, |
|
— |
60 000 EUR taħt Tema B, u |
|
— |
80 000 EUR taħt Tema Ċ. |
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli għas-sejħa.
7. Proċedura għas-Sottomissjoni tal-Proposti u Data ta’ Skadenza
|
— |
Sabiex ikunu jistgħu jissottomettu applikazzjoni, l-applikanti ser ikollhom jirreġistraw l-organizzazzjoni tagħhom fil-Faċilità ta’ Reġistrazzjoni Unika (Unique Registration Facility, URF) u jirċievu Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (Participant Identification Code, PIC). Il-PIC se jkun mitlub fil-formola tal-applikazzjoni. Il-Faċilità ta’ Reġistrazzjoni Unika hija l-għodda li permezz tagħha se tiġi ġestita l-informazzjoni legali u finanzjarja kollha relatata mal-organizzazzjonijiet. Din hija aċċessibbli permezz tal-Portal tal-Parteċipant għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, il-Kultura, iċ-Ċittadinanza u l-Volontarjat. L-informazzjoni dwar kif tirreġistra tista’ tinsab fil-portal fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/education/participants/portal |
|
— |
L-applikazzjonijiet għall-għoti għandhom jitfasslu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż u bl-użu tal-pakkett tal-applikazzjoni uffiċjali. Jekk jogħġbok ara li tuża l-applikazzjoni t-tajba, |
|
— |
Il-pakkett tal-applikazzjoni huwa disponibbli fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/quality-assurance-european-level-for-enhanced-transparency-and-recognition-skills-and-qualifications_en |
L-applikazjonijiet għandhom jitressqu sad-data tal-iskadenza li ġejja:
id-29 ta’ Frar 2016 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
(1) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32008H0506%2801%29&from=mt
(2) Il-professjonijiet regolati huma esklużi minn dan il-proġett pilota.
(3) B’mod paragunabbli mal-livell ta’ fiduċja miksub mill-proċess ta’ referenzjar tal-QEK.