3.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 401/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 401/04)

1.

Fis-26 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ġappuniżi Sumitomo Corporation (“SC”) u Sumitomo Mitsui Banking Corporation (“SMBC”), sussidjarja ta’ Sumitomo Mitsui Financial Group, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-kumpaniji Indoneżjani PT Summit Oto Finance (“SOF”) u PT Oto Multiartha (“OTO”), li bħalissa huma sussidjarji ta’ SC, permezz ta’ xiri ta’ ishma li jikkonstitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   SC: kumpanija kummerċjali integrata attiva f’diversi setturi bħall-prodotti tal-metall, is-sistemi ta’ trasportazzjoni u tal-kostruzzjoni, kimiċi u elettronika, midja, netwerks u ħwienet tal-lifestyle, u riżorsi minerali,

—   SMBC: kumpanija finanzjarja li tipprovdi servizzi bankarji kummerċjali u servizzi bankarji korrispondenti, kif ukoll il-kiri, senserija ta’ titoli, karti ta’ kreditu, self tal-konsumatur, self ipotekarju riskjuż (venture capital) kif ukoll is-servizzi ta’ titolizzazzjoni,

—   — OTO: il-provvista ta’ finanzjar tal-vetturi fl-Indoneżja,

—   SOF: il-provvista ta’ finanzjament ta’ muturi fl-Indoneżja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7834 — Sumitomo Corporation/Sumitomo Mitsui Banking Corporation/PT Summit OTO Finance/PT OTO Multiartha, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.