19.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 385/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7848 — ATP/AXA/Club Quarters/Cleavon)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 385/08)

1.

Fit-13 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha AXA SA (“AXA”, Franza) u Arbejdsmarkedets Tillægspension (“ATP”, id-Danimarka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Cleavon SARL (il-Lussemburgu), li għandha żewġ lukandi u unitajiet bl-imnut anċillari li jinsabu f’Londra, permezz ta’ xiri ta’ ishma. AXA u ATP se jakkwistaw il-kontroll konġunt taż-żewġ lukandi flimkien ma’ Club uarters Management LLC (“Club Quarters”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ ftehimiet tal-ġestjoni tal-lukandi pre-eżistenti.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal AXA: assikurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u forom oħra ta’ assikurazzjoni, kif ukoll ġestjoni tal-investiment,

—   għal ATP: l-amministrazzjoni ta’ għadd ta’ servizzi tal-welfare u skemi tas-sigurtà soċjali li tgħin biex tipprovdi sigurtà bażika għaċ-ċittadini Daniżi,

—   għal Club Quarters: hija l-proprjetarja, tiġġestixxi u tħaddem il-lukandi. Hija involuta wkoll fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli fosthom lukandi u l-iżvilupp għal użu mħallat.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7848 — ATP/AXA/Club Quarters/Cleavon, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.