17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.7836 — Banco Santander/PAI Partners/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 382/06)

1.

Fil-5 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi PAI Partners, SAS (“PAI”, Franza) u Banco Santander, SA. (“Banco Santander”, Spanja) permezz tal-impriża Brendenbury, SL (“Brendenbury”, Spanja), jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Grupo Konectanet, SL (“Konectanet”, Spanja) u Konecta Activos Inmobiliarios, SL (“KAI”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

Banco Santander hija impriża prinċipali ta' grupp internazzjonali ta' kumpaniji bankarji u finanzjarji li joperaw fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Amerka Latina. Banco Santander joffri servizzi ta' operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, il-ġestjoni ta' beni, servizzi bankarji korporattivi u ta' investiment, likwidità u assikurazzjonijiet.

PAI hija kumpanija ta' ekwità privata, iffukata fuq l-akkwist ta' impriżi kbar u medji, li għandha l-uffiċċji ċentrali u ċ-ċentru tal-ġestjoni tagħha fl-Ewropa u li topera f'setturi industrijali varji.

Brendenbury hija ddedikata prinċipalment għall-kostituzzjoni, il-parteċipazzjoni minnha stess jew b'forma indiretta fil-ġestjoni u l-kontroll ta' impriżi u soċjetajiet oħrajn.

Konectanet hija soċjetà ddedikata għall-esternalizzazzjoni tal-proċessi tan-negozju, li jinkludu mis-servizzi ta' pjanafikazzjoni u eżekuzzjoni ta' karigi interni ta' front u back office sal-kontroll tal-karigi realizzati mill-aġenti esterni li jiffurmaw parti mill-proċess.

KAI hija soċjetà li l-attività prinċipali tagħha hija ż-żamma u l-isfruttament ta' beni immobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7836 — Banco Santander/PAI Partners/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.