14.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 380/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 380/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta' EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Andorra

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju tal-firma tal-Ftehim Doganali mal-Unjoni Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri fuq in-naħa ta’ fuq il-mappa ta' Andorra bl-istemma tal-Prinċipat enfasizzata ġewwa fiha. Fil-parti t’isfel tad-disinn, żewġ vleġeġ opposti imnisġa, li jissimbolizzaw l-Ftehim Doganali bejn l-Andorra u l-UE, juru li qed jiġu kkommemorati s-snin “1990” u “2015” (din tal-aħħar hija wkoll is-sena tal-ħruġ tal-munita) u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “ANDORRA”. Madwar il-mappa ta’ Andorra tidher l-iskrizzjoni “25è aniversari de la Signatura de l' Acord Duaner amb la Unió Europea” (il-25 anniversarju tal-firma tal-Ftehim Doganali mal-Unjoni Ewropea).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-istampar : Diċembru 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).