13.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/23


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7812 — Swiss Re Life Capital / Guardian Holdings Europe)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 376/10)

1.

Fis-6 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Swiss Re Life Capital Ltd (“SRLC”, l-Isvizzera), parti minn Swiss Re Group (“Swiss Re”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta' Guardian Holdings Europe Limited (“GHEL”, Jersey), kumpanija azzjonarja għall-operazzjonijiet u li tagħmel il-kummerċ bl-isem ta' Guardian Financial Services (“Guardian”, ir-Renju Unit).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Swiss Re: fornitur globali bl-ingrossa ta’ riassikurazzjoni, assikurazzjoni u forom oħra ta’ trasferiment tar-riskju bbażati fuq l-assikurazzjoni kemm għall-prodotti tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja u kemm tal-assikurazzjoni mhux mhux fuq il-ħajja.

—   għal SRLC: kumpanija azzjonarja.

—   għal GHEL: kumpanija azzjonarja.

—   għal Guardian: sid u tiġġestixxi negozji tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja fir-Renju Unit u l-Irlanda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7812 — Swiss Re Life Capital / Guardian Holdings Europe, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.