|
10.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7778 — Vattenfall/ENGIE/GASAG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 372/03)
|
1. |
Fit-3 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). li permezz tagħha, l-impriża Vattenfall GmbH, ikkontrollata minn Vattenfall AB ((“Vattenfall”, l-Iżvezja), u l-impriża GDF SUEZ Beteiligungs GmbH, ikkontrollata minn ENGIE SA (“ENGIE”, Franza), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll komuni tal-impriża GASAG Berliner Gaswerke AG (“GASAG”, il-Ġermanja) permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew permezz tal-posta bin-numru ta’ referenza M.7778 — Vattenfall/ENGIE/GASAG fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).