31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7782 — Generali Holding Vienna/Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft/Generali Pensionskasse/Bonus-Pensionskassen)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 362/11)

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha: l-impriża Generali Holding Vienna AG (“Generali”, l-Awstrija), proprjetà tal-grupp tal-assigurazzjoni Assicurazioni Generali SpA (l-Italja), u tal-impriża Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft, l-Awstrija (“Zürich”, l-Awstrija), proprjetà taż-Zürich Insurance Group (l-Iżvizzera), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b)(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Bonus-Pensionskassen Aktiengesellschaft (“Bonus-PK”, l-Awstrija), flimkien mal-kumpaniji sussidjarji, permezz tax-xiri ta’ ishma. Fl-istess ħin, Bonus Vorsorgekasse AG (“Bonus-VK”, l-Awstrija), li tagħha Generali u Zürich diġà għandhom il-kontroll sħiħ, takkwista l-funzjonijiet kollha.

2.

L-attivitajiet kummerċjali fl-Awstrija tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Generali: servizzi ta’ assigurazzjoni u servizz finanzjarji oħra,

—   Zürich: assigurazzjoni,

—   Bonus-PK: fond estern tal-pensjoni,

—   Bonus-VK: fond speċjali ta’ prevenzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta bin-numru ta’ referenza M.7782 — Generali Holding Vienna/Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft/Generali Pensionskasse/Bonus-Pensionskassen fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.