31.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 362/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7789 — The Carlyle Group/PA Consulting)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 362/10)

1.

Fit-23 taà Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CEP IV Garden Sàrl., vejikolu ta’ akkwiżizzjoni għal fini speċjali, ikkontrollati minn fondi ġestiti minn affiljati ta’ The Carlyle Group (“Carlyle”, il-Lussemburgu), jakkwista, fi ħdan it-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ PA Consulting Group Ltd (“PA Consulting”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Carlyle: il-ġestjoni ta’ fondi li jinvestu globalment madwar erba’ dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Korporattiva (akkwiżizzjoni u kapital ta’ tkabbir); (ii) Assi Reali (proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija, u riżorsi rinnovabbli); (iii) Strateġiji tas-Suq Globali (kreditu strutturat, mezzanine, distressed, fondi ħeġġ, u dejn medju tas-suq); u (iv) Soluzzjonijiet (programm ta’ fond tal-fondi ta’ ekwità privata u attivitajiet relatati sekondarji u ta’ koinvestiment).

—   għal PA Consulting: tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni lill-maniġment superjuri f’industriji differenti fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. PA għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra u uffiċċji fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel, l-Ewropa, l-pajjiżi Nordiċi, fil-Golf u fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq u fil-Paċifiku fl-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7789 — The Carlyle Group/PA Consulting, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5