3.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7677 — OBI/bauMax Ċerti Assi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 327/09)

1.

Fil-25 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OBI Group Holding SE & Co. KGaA (“OBI”, il-Ġermanja) u l-impriżi affiljati tiegħu, li jappartjenu għal Tengelmann Group (il-Ġermanja), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet mill-impriża bauMax AG (l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ assi u mezzi oħra.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal OBI: l-operat ta’ ħwienet għall-konsumatur tad-DIY u l-operat ta’ sistema ta’ franchise ta’ ħwienet għall-konsumatur tad-DIY f’diversi pajjiżi fl-Ewropa u fir-Russja,

—   għall-partijiet akkwistati ta’ bauMax AG: l-operat ta’ ħwienet għall-konsumatur tad-DIY fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja. Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet l-evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq is-swieq rilevanti fl-Awstrija biex tiġi eżaminata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Awstrijaka fl-4 ta’ Awwissu 2015 b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ titqies fi ħdan l-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7677 — OBI/bauMax Ċerti Assi), f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.