2.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 324/32 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Kawża M.7809 — Grosvenor/PSPIB/Real estate asset in Milan)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 324/14)
1. |
Fit-23 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Grosvenor International Investments Limited, li hijaa proprjetà ta' Grosvenor Group Limited (“Grosvenor”, ir-Renju Unit), u PSPLUX S.à.r.l., li hija l-proprjetà ta' Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ assi ta’ proprjetà immobbli f’Milan (l-Italja). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Grosvenor: grupp ta’ sjieda b'sjieda privata attivafis-sjieda, l-iżvilupp u l-maniġment ta’ proprjetà immobbli u proprjetà oħra relatata tan-negozji. — għal PSPIB: l-investiment tal-pjanijiet tal-pensjoni, tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, l-Armata Kanadiża u l-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada. Tamministra portafoll globali diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi naturali. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7809 — Grosvenor/PSPIB/Real estate asset in Milan, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.