|
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 323/1 |
POSTIJIET BATTALA
Ref. 1518TAAD14
(2015/C 323 A/01)
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) bħalissa qiegħda tistieden lil individwi japplikaw għall-pożizzjoni ta' Direttur Eżekuttiv għall-Kwartieri tagħha fi Frankfurt, il-Ġermanja.
Il-bażi legali hija r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (1).
L-EIOPA tinsab fil-qalba tas-superviżjoni tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea. Hija tagħmel parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja, li tikkonsisti minn tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. L-EIOPA hija korp konsultattiv indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.
Ir-responsabbiltajiet prinċipali tal-EIOPA jinkludu li tappoġġja l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, it-trasparenza tas-swieq u l-prodotti finanzjarji, kif ukoll il-protezzjoni tad-detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni, il-membri ta' skema tal-pensjoni u l-benefiċjarji tagħhom. Il-kandidat li jintgħażel ser jingħaqad mal-Aġenzija Ewropea ġdida EIOPA li għandha uffiċċju fi Frankfurt minn fejn jaħdem persunal internazzjonali dħuli u magħqud.
Aktar informazzjoni dwar l-EIOPA hija disponibbli fuq https://eiopa.europa.eu/
Direttur Eżekuttiv
Deskrizzjoni tal-impjieg
Skop ewlieni
Id-Direttur Eżekuttiv huwa professjonist indipendenti fuq bażi full-time.
Huwa/hija ser jiġġestixxi/tiġġestixxi l-Awtorità fuq bażi ta' kuljum u jiżgura/tiżgura l-ksib tal-objettivi tal-EIOPA billi jkollu/jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tagħhom u jkun/tkun responsabbli mill-bidla f'organizzazzjoni li qiegħda tkun involuta dejjem aktar fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni tas-setturi tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.
Huwa/hija għandu/ha jkun/tkun responsabbli mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali u jieħu/tieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura/tiżgura l-funzjonament tal-EIOPA, inklużi l-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji.
Huwa/hija ser ikun/tkun responsabbli lejn il-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA, u b'mod partikolari lejn il-President tagħha, u ser jirrapporta/tirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri fuq bażi kontinwa dwar l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-EIOPA, filwaqt li jimplimenta/timplimenta fil-prattika l-istrateġija.
Id-Direttur Eżekuttiv ser ikun ta' eżempju tal-valuri tal-EIOPA: indipendenza, responsabbiltà, effiċjenza, kapaċità ta' ħidma f'tim, integrità u trasparenza; u jkollu sens qawwi ta' inizjattiva, awtomotivazzjoni, flessibbiltà u tagħlim kontinwu.
Responsabbiltajiet ewlenin
Id-Direttur Eżekuttiv ser ikun responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-EIOPA. B'mod partikolari, huwa/hija ser:
|
— |
Ikun/tkun inkarigat/inkarigata mill-ġestjoni tal-Awtorità b'baġit, fl-2014, ta' madwar EUR 21,5 miljun u persunal b'134 membru, fejn jiżgura/tiżgura governanza interna effettiva, inkluża l-kooperazzjoni effiċjenti bejn il-persunal tal-EIOPA u l-korpi kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE li jwettqu kompiti simili għal dawk tal-EIOPA, u jħejji/tħejji l-ħidma tal-Bord Maniġerjali. |
|
— |
Jiġġestixxi/tiġġestixxi u jimmotiva/timmotiva l-persunal f'livell għoli, bi rwol prinċipali fil-kultura ta' prestazzjoni għolja u l-atmosfera tax-xogħol ta' stimolazzjoni tal-EIOPA. |
|
— |
Ikun/tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord Maniġerjali, fejn jistabbilixxi/tistabbilixxi u jiġġestixxi/tiġġestixxi miri operattivi. |
|
— |
Jieħu/tieħu l-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi, sabiex jiżgura/tiżgura l-funzjonament tal-Awtorità, skont ir-Regolament rilevanti. |
|
— |
Iħejji/tħejji programm ta' ħidma pluriennali. |
|
— |
Iħejji/tħejji, kull sena, programm ta' ħidma għas-sena ta' wara. |
|
— |
Ifassal/tfassal abbozz preliminari tal-baġit tal-Awtorità. |
|
— |
Jimplimenta/timplimenta l-baġit tal-Awtorità f'konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju tal-UE, inkluż il-Pjan ta' Politika tal-Persunal Pluriennali. |
|
— |
Iħejji/tħejji, kull sena, abbozz ta’ rapport annwali b’taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi. |
|
— |
Jeżerċita/teżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità, is-setgħat stabbiliti fir-Regolament Bażiku u jiġġestixxi/tiġġestixxi kwistjonijiet marbutin mal-persunal. |
|
— |
Jirrappreżenta/tirrappreżenta lill-EIOPA u jiġġestixxi/tiġġestixxi numru kbir ta' partijiet ikkonċernati b'miri potenzjalment diverġenti taħt pressjoni politika qawwija. |
Rekwiżiti
Kriterji ta’ Eliġibbiltà
L-applikazzjonijiet ser jitqiesu fl-isfond tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà formali li ġejjin u li għandhom ikunu ssodisfati sad-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: Ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jinkludi l-intitolament għal drittijiet sħaħ ta' ċittadinanza (2); |
|
— |
Ikun fiżikament kapaċi jwettaq id-doveri ta’ din il-pożizzjoni (3); |
|
— |
Lawrja jew Diploma Universitarja:
|
|
— |
Esperjenza Professjonali: Esperjenza ta' mill-anqas 15-il sena wara li tinkiseb il-lawrja f'livell li għalih il-kwalifikazzjonijiet imsemmijin hawn fuq jagħtu ammissjoni; |
|
— |
Esperjenza Professjonali Rilevanti: Mill-15-il sena esperjenza professjonali, tal-anqas ħames snin għandhom ikunu nkisbu fil-qasam tal-attivitajiet tal-EIOPA; |
|
— |
Esperjenza Amministrattiva: Il-kandidati għandhom jagħtu prova li tal-anqas ħames snin mill-esperjenza tagħhom tkun inkisbet fil-ġestjoni diretta ta' persunal u baġits jew f'ħidma fi strutturi amministrattivi f'livell għoli biżżejjed ta' responsabbiltà, inkluża esperjenza fil-ġestjoni tal-maniġers, preferabbilment f'ambjent multikulturali; |
|
— |
Lingwi: Huwa meħtieġ għarfien tajjeb ħafna ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra. Huwa meħtieġ għarfien ta' ħidma eċċellenti tal-Ingliż, li hija l-lingwa ta' ħidma ewlenija li tintuża fl-EIOPA; |
|
— |
Limitu ta' Età: sad-data ta' skadenza għall-applikazzjonijiet, ikun jista' jitlesta l-mandat sħiħ ta' ħames snin qabel l-età tal-pensjoni. Għall-persunal temporanju tal-Unjoni Ewropea, l-età tal-irtirar hija ddefinita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq 66 sena. |
Ħiliet Essenzjali
Il-kandidat għandu jissodisfa l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
|
— |
Għarfien sod tas-setturi rilevanti għall-attivitajiet tal-EIOPA u għarfien espert bi prova fis-settur finanzjarju; |
|
— |
Fehim sħiħ tal-Istituzzjonijiet tal-UE u tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u ta' attivitajiet Ewropej u internazzjonali b'rilevanza għall-attivitajiet tal-EIOPA; |
|
— |
Ħiliet ippruvati fit-teħid ta' deċiżjonijiet, kemm fil-livell strateġiku kif ukoll fil-livell operattiv; |
|
— |
Esperjenza u ħila estensiva ta' tmexxija u motivazzjoni, permezz ta' ħiliet sodi ta' ġestjoni tan-nies, ta' tim multikulturali ta' maniġers, esperti u persunal ta' appoġġ; |
|
— |
Esperjenza estensiva ta' ġestjoni baġitarja, finanzjarja u/jew ta' riżorsi umani f'kuntest nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali; |
|
— |
Kapaċitajiet eċċellenti ta' netwerking, ħiliet interpersonali u ta' komunikazzjoni, inkluża l-kapaċità ta' trattament u kooperazzjoni ma' partijiet rilevanti fl-UE u lil hinn minnha. |
Ħiliet Mixtieqa
|
— |
Esperjenza ppruvata fil-qasam tal-assigurazzjoni u/jew il-pensjonijiet tax-xogħol, b'mod partikolari fir-regolamentazzjoni u/jew is-superviżjoni tas-settur finanzjarju; |
|
— |
Esperjenza ppruvata ta' xogħol f'ambjent multikulturali. |
Post tax-xogħol
Frankfurt am Main, il-Ġermanja
Grupp ta' funzjoni u grad
AD 14
Salarju bażiku fix-xahar
EUR 13 322,22 flimkien ma' għotjiet speċifiċi fejn ikun applikabbli (Ara s-“Sommarju tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg” iżjed ’l isfel).
Data tal-bidu
L-1 ta' April 2016
Għażla u ħatra
Ser jiġi stabbilit Kumitat ta' Għażla għall-proċedura tal-għażla. Il-Kumitat ta' Għażla ser jevalwa l-applikazzjonijiet eliġibbli fl-isfond tal-kriterji tal-għażla. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat ta' Għażla ser jistieden sa sitt kandidati eliġibbli, li jissodisfaw bl-aħjar mod ir-rekwiżiti, għal intervista strutturata tal-prekwalifikazzjoni mal-Kumitat ta' Għażla. Il-kandidati li jintgħażlu għall-prekwalifikazzjoni mill-Kumitat ta' Għażla ser jiġu mistiedna wkoll biex iqattgħu jum f'ċentru ta' valutazzjoni għal rwoli ta' maniġment f'livelli għoljin.
Wara l-intervisti u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-ħiliet maniġerjali/ta' tmexxija, il-Kumitat ta' Għażla ser jadotta lista qasira li tinkludi sa tliet kandidati xierqa, li mbagħad tiġi kkomunikata lill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA. L-inklużjoni fuq il-lista l-qasira mhijiex garanzija ta' ħatra.
Il-kandidati li jitqiegħdu fuq lista qasira mbagħad jiġu mistiedna għal intervisti tal-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA. Il-kandidati mistiedna ser jinstemgħu mill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA għall-istess tul ta' ħin: 15-il minuta għall-preżentazzjoni u sa 45 minuta għall-mistoqsijiet mill-Bord tas-Superviżuri tal-EIOPA u t-tweġibiet mill-kandidati, biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs.
Wara l-proċedura msemmija hawn fuq, il-Bord tas-Superviżuri ser jadotta d-deċiżjoni tal-għażla tiegħu.
Il-kandidati jistgħu jintalbu jattendu għal seduta ta' smigħ fil-Parlament Ewropew.
Il-kandidat innominat mill-Bord tas-Superviżuri ser jinħatar wara konferma mill-Parlament Ewropew.
Kundizzjonijiet tal-Impjieg
Id-Direttur Eżekuttiv ser jinħatar bħala persunal tal-EIOPA bħala aġent temporanju fil-grad AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tas-CEOS għal perjodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż darba.
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.
Sommarju tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
|
1. |
Is-salarji huma eżentati mit-taxxa nazzjonali, minflok titħallas taxxa tal-Komunità fis-sors; |
|
2. |
Dritt ta' liv annwali ta' jumejn għal kull xahar kalendarju flimkien ma' jiem addizzjonali għall-grad, id-distanza mill-post tal-oriġini flimkien ma' medja ta' 15-il jum ta’ vaganza tal-EIOPA kull sena; |
|
3. |
Taħriġ tekniku ġenerali u rilevanti, kif ukoll opportunitajiet ta' żvilupp professjonali; |
|
4. |
L-Iskema tal-Pensjonijiet tal-UE (wara 10 snin servizz); |
|
5. |
Ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard tal-UE, kopertura ta' assigurazzjoni f'każ ta' aċċident u mard okkupazzjonali, għotjiet f'każ ta' qgħad u invalidità u assigurazzjoni tal-ivvjaġġar; |
Skont iċ-ċirkostanzi familjari individwali u l-post tal-oriġini, il-membru tal-persunal jista' jkun, flimkien ma' dan kollu li ssemma, intitolat għal:
|
6. |
Għotja tal-espatrijazzjoni; |
|
7. |
Għotja għall-ħtiġijiet domestiċi; |
|
8. |
Għotja tat-tfal dipendenti; |
|
9. |
Għotja tal-edukazzjoni; |
|
10. |
Għotja tal-insedjament u rimborż tal-ispejjeż biex tiċċaqlaq; |
|
11. |
Għotja temporanja inizjali għall-għajxien ta’ kuljum; |
|
12. |
Benefiċċji oħrajn. |
Proċedura tal-applikazzjoni
Biex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jibagħtu ittra ta' akkumpanjament u Curriculum Vitae (CV) bl-Ingliż. Preferabbilment is-CV għandu jitfassal bil-format tas-CV Europass (4). L-applikazzjonijiet mhux kompluti jiġu rrifjutati.
Id-dokumenti ta’ appoġġ (eż. kopji ċċertifikati ta' lawrji/diplomi, referenzi, provi ta’ esperjenza, rekwiżiti amministrattivi, ċivili, ġudizzjarji, eċċ.) ma għandhomx jintbagħtu għalissa iżda fi stadju aktar tard tal-proċedura meta jintalbu.
Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-komunikazzjoni kollha mal-kandidati marbuta ma' dan il-post battal ser issir bl-Ingliż.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu b'e-mail lil: 1518TAAD14@eiopa.europa.eu
Il-persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali dwar il-proċess:
Koordinatriċi tal-HR
Fatima Diago Villescas
Numru tat-telefown: + 49 6995111967
Email: 1518TAAD14@eiopa.europa.eu
Data tal-għeluq
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu b'email sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru 2015, sa 23:59 CET (data tal-email).
L-EIOPA tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta' dan il-post battal permezz ta' pubblikazzjoni fis-sit web tal-EIOPA biss.
Opportunitajiet indaqs
L-EIOPA tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Indipendenza u dikarazzjoni tal-interessi
Skont l-Artikoli 11 u 11a tar-Regolamenti tal-Persunal (RP) u l-Artikolu 11 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra (CEOS) il-kandidat magħżul ser jintalab jagħmel dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' interess qabel ir-reklutaġġ. B'mod partikolari, il-kandidat magħżul ser ikollu jagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li ser jaġixxi b'mod indipendenti fl-interess tal-pubbliku u dikjarazzjoni fir-rigward ta' kull tip ta' interess li jista' jitqies li jippreġudika l-independenza tiegħu/tagħha. L-applikanti jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu hekk fl-applikazzjoni tagħhom.
Minħabba n-natura partikolari tal-funzjonijiet, il-kandidati mistiedna għall-intervisti tal-prekwalifikazzjoni ser jintalbu jiffirmaw dikjarazzjoni marbuta mal-interessi attwali jew futuri tagħhom li jistgħu jitqiesu li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom.
F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikat b'analoġija skont l-Artikolu 11 tas-CEOS, id-Direttur Eżekuttiv, anki wara li jitlaq mis-servizz, għandu jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
Dan jinkludi l-obbligu li l-Bord Maniġerjali tal-EIOPA jiġi infurmat bl-intenzjoni ta' involviment f'attività okkupazzjonali, sew jekk bi ħlas jew le, għal sentejn wara t-tluq mis-servizz. Jekk dik l-attività tkun relatata max-xogħol imwettaq matul l-aħħar tliet snin fis-servizz u tkun tista' twassal għal kunflitt mal-interessi leġittimi tal-EIOPA, il-Bord Maniġerjali tal-EIOPA jista', b'kunsiderazzjoni għall-interessi tas-servizz, iwaqqaf lill-persuna milli twettaq l-attività jew jagħti l-approvazzjoni tiegħu soġġetta għal kwalunkwe kundizzjoni li jqis bħala xierqa.
Informazzjoni importanti għall-applikanti
L-applikanti huma mfakkrin li x-xogħol tal-kumitati ta' għażla huwa kunfidenzjali. L-applikanti ma jistgħux jikkuntattjaw personalment lill-membri tal-Kumitat ta' Għażla. Kwalunkwe kuntatt li jsir mill-kandidati jew minn partijiet terzi sabiex jinfluwenzaw lill-membri tal-Kumitat ta' Għażla fir-rigward tal-għażla jikkostitwixxi raġuni għal skwalifika mill-proċedura tal-għażla.
Protezzjoni ta’ data personali
L-EIOPA tiżgura li d-data personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (5). Dan japplika b'mod partikolari għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' tali data.
Nota: Jekk hemm xi diskrepanzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti, il-verżjoni Ingliża għandha titqies bħala dik korretta.
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(2) Qabel ma jinħatar, il-kandidat li jintgħażel jintalab jipproduċi ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti li jiddikjara kondotta kriminali nadifa.
(3) Qabel ma jiġi impjegat, kandidat għandu jsirlu eżami mediku minn wieħed mill-uffiċjali mediċi tal-istituzzjoni sabiex l-istituzzjoni tkun ċerta li l-kandidat jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 12(2)(d) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
(4) Is-CV Europass jista' jitniżżel mis-sit web: http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm