|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 314/1 |
Avviż ta' pożizzjoni vakanti CONS/AD/117
(2015/C 314 A/01)
INFORMAZZJONI ĠENERALI
|
Dipartiment |
Direttorat Ġenerali D, Direttorat 1 (Affarijiet Interni) |
|
Post tax-xogħol |
Brussell |
|
Titlu tal-pożizzjoni |
Direttur |
|
Grupp tal-funzjoni u grad |
AD 14 |
|
Approvazzjoni tas-sigurtà meħtieġa |
SECRET UE |
|
DATA TAL-GĦELUQ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET |
l-20 ta’ Ottubru 2015 |
MIN AĦNA
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK) jipprovdi assistenza lill-Kunsill tal-UE u l-Kunsill Ewropew. Direttorat Ġenerali D (DĠ D) tas-SĠK hu responsabbli għall-politika fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Jipprovdi appoġġ dirett lill-Kunsill, il-korpi preparatorji tiegħu, il-Presidenza b'rotazzjoni u, kif meħtieġ, lill-President tal-Kunsill Ewropew (PKE) fl-oqsma tematiċi tiegħu u f'koordinament mad-Direttorati Ġenerali l-oħra fis-SĠK. Huwa magħmul minn żewġ Direttorati. Id-Direttorat D1 huwa dedikat għall-kwistjonijiet ta' “Affarijiet Interni” u fih tliet unitajiet: Schengen, Viżi u Fruntieri (Unità 1), Relazzjonijiet Esterni, Asil u Migrazzjoni (Unità 2) u Kooperazzjoni tal-Pulizija u Doganali (Unità 3).
X'QEGĦDIN INFITTXU
Qegħdin infittxu maniġer li ser imexxi u jimmotiva grupp magħmul minn 36 membru tal-persunal f'qasam ta' politika legalment u politikament kumpless. Fil-qasam tal-kompetenza tiegħek, inti mistenni tipprovdi pariri professjonali fl-ogħla livell, dwar kontenut u dwar proċeduri, lill-Presidenza u lill-Kunsill, lill-President tal-Kunsill Ewropew u lid-Direttur Ġenerali tiegħek. Ikollok tistabbilixxi relazzjonijiet tajbin ma' istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u tikkollabora mill-qrib ma' dipartimenti interni tas-SĠK u partijiet ikkonċernati esterni (ministeri, amministrazzjonijiet u rappreżentanzi permanenti tal-Istati Membri, Stati terzi u aġenziji tal-ĠAI). Ser tkun qed taħdem fuq fajls ferm sensittivi u politikament kontroversjali fejn l-interessi tal-partijiet ikkonċernati huma diverġenti. Għaldaqstant, ħiliet interpersonali tajbin u l-kapaċità li tinnegozja u tilħaq kompromessi huma elementi essenzjali biex tkun effiċjenti fir-rwol. L-esperjenza professjonali tiegħek rilevanti għall-oqsma koperti mid-Direttorat tkun ta' ġid għal dan ir-rwol.
Peress li s-SĠK jinkoraġġixxi kultura ta' mobbiltà tal-maniġers tiegħu, li għandu jkollhom esperjenza estensiva, il-kandidati għandhom għaldaqstant ikunu lesti u kapaċi jaħdmu f’oqsma ta' attività differenti matul il-karriera tagħhom fis-SĠK.
GĦAN ĠENERALI TAL-KARIGA
|
— |
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali/Viċi Direttur Ġenerali, imexxi d-Direttorat tiegħu u jagħti pariri fl-oqsma ta' kompetenza tad-Direttorat |
|
— |
Jipprovdi pariri ta' politika u proċedurali ta' livell għoli, bil-fomm u bil-miktub, lill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Coreper u l-Presidenzi tagħhom u lis-Segretarju Ġenerali dwar l-aspetti kollha tad-dossiers li jaqgħu fil-kompetenza tad-Direttorat |
|
— |
Jgħin lill-presidenza fin-negozjati u jiżgura komunikazzjoni u kooperazzjoni effettivi ma' aġenziji u korpi u istituzzjonijiet oħrajn f'dan il-qasam |
KOMPITI
|
— |
Jagħti pariri lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Coreper u l-Presidenzi tagħhom u lis-Segretarju Ġenerali dwar l-aspetti kollha tad-dossiers biex jikkontribwixxi għas-sejbien ta' soluzzjonijiet |
|
— |
Taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, imexxi d-Direttorat tiegħu, jorganizza l-attivitajiet tiegħu u jappoġġa u jimmotiva l-persunal f'xogħlu |
|
— |
Jiddefinixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu u jikkontribwixxi biex jintlaħqu billi jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tad-Direttorat u jiżgura l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tiegħu |
|
— |
Jirrappreżenta s-servizz tiegħu fil-livell ta' Diretturi kemm fis-SĠK kif ukoll esternament, b'mod partikolari fir-relazzjonijiet tiegħu mal-Presidenza b'rotazzjoni, u mal-istituzzjonijiet l-oħra |
|
— |
Jiżgura l-kwalità tas-servizzi u l-prodotti pprovduti mid-Direttorat |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni professjonali tar-riżorsi tad-Direttorat |
|
— |
Jiżgura l-komunikazzjoni effettiva u l-kooperazzjoni kemm fid-Direttorat kif ukoll mas-servizzi l-oħra tas-SĠK |
|
— |
Jiżgura li r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati fl-oqsma rilevanti tad-Direttorat jitħarsu |
|
— |
Iżomm kuntatti ma' interlokuturi esterni u jirrappreżenta lis-SĠK f'fora esterni |
AMBJENT TAX-XOGĦOL
|
— |
Tkun meħtieġa l-preżenza barra l-ħinijiet tax-xogħol normali, skont il-ħtiġijiet tas-servizz, u b'mod partikolari b'rabta ma' laqgħat tal-Kunsill Ewropew u sessjonijiet tal-Kunsill li jirrigwardaw kwistjonijiet fil-kompetenza tad-Direttorat |
|
— |
Missjonijiet barra mill-pajjiż, tipikament fl-UE u madwar 6-8 darbiet fis-sena |
|
— |
Missjonijiet għal-Lussemburgu (normalment darbtejn f'sena) |
|
— |
Post tax-xogħol: Justus Lipsius |
KOMPETENZI SPEĊIFIĊI
Kompetenzi professjonali
|
— |
Peress li l-Franċiż u l-Ingliż jintużaw b’mod estensiv għall-komunikazzjoni interna fis-SĠK, huma meħtieġa għarfien tajjeb tal-Franċiż u l-Ingliż u l-kapaċità ta' kommunikazzjoni biż-żewġ lingwi. Għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħra tal-UE jkun ta’ vantaġġ (1). |
|
— |
Prodotti standard tal-IT |
|
— |
Għarfien tajjeb ħafna tal-istruttura tas-servizzi tas-SĠK, kif jaħdmu u r-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet l-oħrajn |
|
— |
Sens tajjeb ħafna tal-ambjent politiku u għarfien ġenerali tajjeb tal-politika tal-Unjoni Ewropea |
|
— |
Għarfien estensiv fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni |
|
— |
Kapaċità li jittratta informazzjoni b’diskrezzjoni |
|
— |
Kapaċità li jidentifika u jipproponi soluzzjonijiet għal problemi |
Twettiq ta' kompiti u ksib ta' riżultati
|
— |
Kapaċità qawwija ta' ppjanar u organizzazzjoni ta' ħidma (kompetenza essenzjali) |
|
— |
Tlestija tax-xogħol fil-ħin b'mod konsistenti (kompetenza essenzjali) |
Kwalitajiet personali
|
— |
Sens qawwi ta’ responsabbiltà (kompetenza essenzjali) |
|
— |
Kapaċità li jantiċipa u jidentifika problemi potenzjali u jsolvihom |
|
— |
Kapaċità li jaħdem f’oqsma differenti ta’ attività matul il-karriera tiegħu fis-SĠK |
Ħiliet interpersonali
|
— |
Kapaċità li jżomm relazzjonijiet ta' xogħol tajbin ma' firxa ta' interlokuturi |
Kompetenzi Maniġerjali
|
— |
Ġestjoni tax-xogħol u r-riżorsi, għarfien tal-organizzazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet, ħila fit-tmexxija u żvilupp tal-persunal |
MIN JISTA' JAPPLIKA
Fil-mument tal-applikazzjoni l-applikanti għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin għall-ammissjoni:
|
(a) |
Kondizzjonijiet ġenerali
|
|
(b) |
Kondizzjonijiet speċifiċi
Esperjenza professjonali fi kwistjonijiet ta' affarijiet interni hija ta' vantaġġ għall-pożizzjoni. |
RIMARKI
|
— |
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bħala dak li jħaddem, iħaddan il-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u jilqa' applikazzjonijiet minn kandidati rġiel u nisa mill-bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fost l-Istati Membri tal-UE. Is-SĠK joffri miżuri għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali mal-ħajja privata u jista' jipprovdi aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol għal persuni b'diżabbiltà (għal aktar informazzjoni ara l-Anness I). Minħabba r-rappreżentanza baxxa ta' nisa fil-livelli maniġerjali superjuri, ikun partikolarment sodisfatt b'applikazzjonijiet minn kandidati nisa għal din il-pożizzjoni. |
|
— |
Din il-pożizzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni tas-sigurtà li tippermetti aċċess għad-dokumenti klassifikati (livell SECRET EU). Jinftiehem li dawk li japplikaw għall-pożizzjoni jkunu lesti li jkunu sottoposti għal investigazzjoni ta' sigurtà skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3). Il-ħatra għal din il-pożizzjoni għandha tidħol fis-seħħ biss bil-kondizzjoni li l-kandidat magħżul ikun kiseb ċertifikat validu ta' approvazzjoni tas-sigurtà. Kandidat mingħajr awtorizzazzjoni tas-sigurtà ser jiġi offrut kuntratt temporanju sakemm jinkiseb ir-riżultat tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sigurtà. |
|
— |
Il-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla ser ikollu l-appoġġ ta' ċentru ta’ valutazzjoni. Ir-rapporti stabbiliti miċ-ċentru ta’ valutazzjoni ser jibqgħu validi għal sentejn. |
|
— |
Fil-bidu, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jeżamina l-kwalifiki, l-esperjenza u l-motivazzjoni tal-applikanti u jfassal lista ta' kandidati, li ser jiġu mistiedna għall-ewwel intervista. Wara dik l-intervista, il-bord konsultattiv tal-għażla ser jagħmel preselezzjoni tal-kandidati, li ser jipparteċipaw f'eżerċizzji ta' ċentru ta' valutazzjoni mmexxija minn konsulenti esterni tar-reklutaġġ u f'intervista oħra mal-bord konsultattiv tal-għażla. |
|
— |
Pożizzjoni vakanti ppubblikata skont l-Artikolu 29 § 2 tar-Regolamenti tal-Persunal (pożizzjoni maniġerjali superjuri). |
KIF TAPPLIKA
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-20 ta’ Ottubru 2015
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika indirizzata lil Selection.of.Officials-Applications.Management.Posts@consilium.europa.eu sa mhux aktar tard mid-data tal-għeluq.
Biex ikunu validi, l-applikazzjonijiet iridu jinkludu:
|
(a) |
il-formola tal-applikazzjoni (Anness IV) mimlija u datata kif xieraq; il-formola tal-applikazzjoni elettronika tinstab fuq is-sit web tal-Kunsill minn dan il-link: http://www.consilium.europa.eu/mt/general-secretariat/jobs/job-opportunities/ |
|
(b) |
ittra ta' motivazzjoni flimkien ma' curriculum vitae dettaljat, bl-Ingliż jew bil-Franċiż, preferibbilment fil-format Europass (http://europass.cedefop.europa.eu), li jkopru l-karriera kollha tal-applikant, u jelenka, fost l-oħrajn, il-kwalifiki, l-għarfien lingwistiku, l-esperjenza u d-dmirijiet attwali tal-applikant; u |
|
(c) |
fotokopji tad-diplomi li jiċċertifikaw l-edukazzjoni u fotokopji tad-dokumenti u ċ-ċertifikati relatati mal-esperjenza professjonali. Id-dokumenti ta' prova jridu jinħarġu minn parti terza u mhux biżżejjed li sempliċiment tintbagħat is-CV msemmija f'(b). |
Id-dokumenti kollha ta' prova mehmuża mal-applikazzjoni jridu jkunu f'format ta' test Word, pdf jew jpg, jingħataw isem (bl-EN jew bil-FR) u jkunu nnumerati f'sekwenza (Anness 1, 2, eċċ.). Trid tiġi mehmuża wkoll lista tal-annessi kollha. Applikazzjonijiet li jintbagħtu permezz ta' soluzzjoni ta' ħżin ta' data bbażata fuq cloud jew pjattaformi għall-kondiviżjoni tal-fajls mhumiex ser jiġu kkunsidrati.
Il-kandidat magħżul għall-pożizzjoni ser jintalab jipprovdi l-verżjoni oriġinali tad-dokumenti msemmija qabel.
RIEŻAMI TAL-APPLIKAZZJONIJIET
Il-proċeduri relatati mat-talbiet għal rieżami, appelli u riferimenti għall-Ombudsman Ewropew jinsabu fl-Anness II ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
PROTEZZJONI TAD-DATA
Ir-regoli għall-ipproċessar ta' data personali b'rabta ma' din il-proċedura tal-għażla jinsabu fl-Anness III ta' dan l-avviż ta' pożizzjoni vakanti.
(1) Il-lingwi tal-UE huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Iżvediż.
(2) L-Artikolu 5(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolamenti tal-Persunal) jesiġi li l-applikanti jkollhom mill-inqas:
|
(i) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew |
|
(ii) |
livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti, iċċertifikati b'diploma u esperjenza professjonali adegwata ta' mill-inqas sena meta t-tul ta' żmien normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' mill-inqas tliet snin. |
(3) ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1.
ANNESS I
Opportunitajiet Indaqs fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
Bħala dak li jħaddem, is-SĠK huwa responsabbli biex jiżgura opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi.
L-għanijiet ewlenin tal-politika tiegħu ta' Opportunitajiet Indaqs huma li:
|
— |
jiżgura li l-politika tiegħu dwar ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-persunal tirrispetta l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, |
|
— |
jikseb rappreżentanza bbilanċjata ta' rġiel u nisa, speċjalment f'pożizzjonijiet maniġerjali, |
|
— |
itejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà, fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-bini tiegħu u ta' ambjent tax-xogħol li jkun inklużiv u adattat għall-ħtiġijiet tagħhom: L-aġġustamenti għall-persuni b'diżabbiltà (“akkomodazzjoni raġonevoli”) jistgħu jinvolvu l-arranġament mill-ġdid tal-kompiti jew ir-responsabbiltajiet, l-għoti ta' għajnuniet tekniċi u aġġustamenti oħra tal-ambjent tax-xogħol. Miżuri bħal dawn ser jittieħdu dment li dawn ma jimponux piż żejjed fuq ir-riżorsi tal-istituzzjoni. |
|
— |
jipproteġi l-persunal tiegħu minn fastidju fuq il-post tax-xogħol, |
|
— |
jieħu kont tal-ħtiġijiet tal-persunal li jinstab bilanċ bejn l-impenji tax-xogħol u dawk familjari tagħhom billi joffri pakkett tajjeb ta' miżuri favur il-familja, inkluż ħinijiet flessibbli ta' xogħol, telexogħol u kondiviżjoni ta' xogħol. |
Miżuri ta' bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata
Fis-SĠK kollu titħaddem sistema ta' ħinijiet flessibbli tax-xogħol konformi ma' ġimgħa ta' 40 siegħa xogħol, fejn il-persunal mhux maniġerjali jista' jieħu leave flessibbli. F'bosta ambjenti ta' xogħol, jista' jsir qbil dwar skeda tal-ħin individwali fi ħdan is-sigħat qafas ta' 07.00 sa 20.00.
Jista' jingħata impjieg part-time, pereżempju għall-indukrar ta' tfal dipendenti sal-età ta' 12-il sena, jew 14-il sena meta l-uffiċjal ikun ġenitur waħdu.
Il-leave statutorju tal-maternità huwa ta' 20 ġimgħa u meta l-omm terġa' lura għax-xogħol tista' tingħata sa sagħtejn kuljum għat-treddigħ. Il-missirijiet għandhom id-dritt għal leave tal-paternità mħallas ta' għaxart ijiem. Jista' jingħata leave tal-ġenituri għal perijodu sa sitt xhur għal kull wild, jew sa tnax-il xahar għal ġenitur waħdu, bil-ħlas ta' indennizz b'rata fissa. Fil-każ ta' mard serju jew diżabbiltà ta' wild, il-leave tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri huma itwal. Jista' jingħata wkoll leave tal-familja bil-ħlas ta' indennizz b'rata fissa fil-każ ta' membri tal-familja b'mard serju jew diżabbiltà. Jingħata leave speċjali f'każijiet bħal żwieġ, twelid jew adozzjoni ta' wild, u mewt jew mard serju ta' membru tal-familja. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, jista' jingħata leave bla ħlas għal raġunijiet personali(CCP).
Skont il-kompiti u l-ambjent tax-xogħol, jista' jkun possibbli telexogħol taħt l-iskema ta' telexogħol standard (60 % mid-dar u 40 % mill-uffiċċju) jew taħt l-iskema ta' telexogħol okkażjonali (sa 20 jum fis-sena).
Il-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal li ġejjin huma disponibbli għall-persunal bi tfal, skont kriterji ta' prijorità: Il-crèche tas-SĠK għat-tfal minn 0 sa 4 snin, indukrar wara l-ħin tal-iskola u faċilitajiet fi żmien il-vaganzi organizzati mill-Kummissjoni Ewropea u attivitajiet wara l-ħin tal-iskola fl-iskejjel Ewropej.
Għal aktar informazzjoni, ibgħat posta elettronika indirizzata lil egalite-des-chances@consilium.europa.eu
ANNESS II
TALBA GĦAL RIEŻAMI – PROĊEDURI TAL-APPELLI – ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW
Jekk, f'xi stadju tal-proċedura tal-għażla, inti tqis li xi deċiżjoni tolqtok b'mod negattiv, tista' tuża l-mezzi li ġejjin:
|
— |
Titlob rieżami tad-deċiżjonijiet meħuda mill-bord konsultattiv tal-għażla Fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-ittra li tgħarrfek bid-deċiżjoni meħuda mill-bord konsultattiv tal-għażla, inti tista' tressaq talba bil-miktub għal rieżami ta' tali deċiżjoni, u tagħti r-raġunijiet tat-talba tiegħek, lil:
|
|
— |
Proċedura tal-appell
|
|
— |
Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew Bħal kull ċittadin ieħor tal-Unjoni, inti tista' tressaq ilment lil:
skont l-Artikolu 228(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (1). Għandek tinnota li lmenti mressqa lill-Ombudsman Ewropew ma għandhom ebda effett sospensiv fuq il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 90(2) u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal biex jiġu ppreżentati lmenti jew appelli quddiem it-Tribunal tal-Unjoni Ewropea għas-Servizz Pubbliku skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
ANNESS III
PROTEZZJONI TAD-DATA
Bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għażla, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiżgura li d-data personali tal-applikanti tiġi pproċessata konformement mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (1).
Il-bażi legali għall-proċedura tal-għażla hija r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (2013/488/UE). Il-proċedura ta' għażla titmexxa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani (DĠ A 1A), Unità tal-Persunal u Mobbiltà, u l-kontrollur huwa l-kap ta' dik l-unità. L-informazzjoni pprovduta mill-applikanti ser tkun aċċessibbli għall-membri tal-uffiċċju għall-għażla ta' uffiċjali u l-ġerarkija ta' superjuri tagħhom, għall-membri tal-Kumitat Konsultattiv tal-Għażla, u, jekk meħtieġ, għall-unità tal-konsulenti legali. L-informazzjoni amministrattiva li tidentifika l-applikant u/jew l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura jistgħu jintbagħtu lil ċentru ta' valutazzjoni.
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-ġbir ta' data li tidentifika l-applikanti kollha għal pożizzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u li jingħażel wieħed minn dawk l-applikanti.
Id-data inkwistjoni hija:
|
— |
data personali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-applikanti (kunjom, isem, data tat-twelid, sess, ċittadinanza), |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex tiffaċilita l-organizzazzjoni prattika tal-proċedura (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefon), |
|
— |
informazzjoni pprovduta mill-applikanti biex ikun jista' jiġi vvalutat jekk huma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni stabbiliti fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti (ċittadinanza; lingwi; kwalifiki tal-applikanti u s-sena meta nkisbu, tip ta' diploma/lawrja, isem l-istituzzjoni minn fejn inkisbu; esperjenza professjonali), |
|
— |
fejn japplika, informazzjoni dwar it-tip u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tal-applikanti, |
|
— |
ir-riżultati tat-testijiet tal-għażla li l-applikanti ser jagħmlu, inkluż l-evalwazzjonijiet magħmula mill-konsulenti taċ-ċentru ta' valutazzjoni f'isem il-bord tal-għażla. |
L-ipproċessar jibda mid-data meta tkun waslet l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jiġu ffajljati u jinħażnu fl-arkivji għal sentejn.
L-applikanti kollha jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess u d-dritt li jirrettifikaw id-data personali. Talbiet sostanzjati għandhom jintbagħtu b'posta elettronika lill-uffiċċju għall-għażla tal-uffiċjali fl-indirizz Selection.of.officials@consilium.europa.eu
L-applikanti jistgħu jirrikorru fi kwalunkwe mument għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu).
ANNESS IV