19.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 310/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7768 — Exor/PartnerRe)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 310/06)

1.

Fil-11 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Exor SpA. (“Exor”, l-Italja) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ PartnerRe Ltd (“PernterRe”, Bermuda), permezz tax-xiri tal-ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Exor: kumpanija elenkata fuq il-Borża Borsa Italiana, li tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq investimenti fit-tul f’setturi diversifikati, fosthom il-kummerċ awtomobilistiku, fejn hija tikkontrolla Fiat Chrysler Automobiles NV u CNH Industrial NV u sa ċertu punt fin-negozju tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, fiż-ŻEE u fl-Istati Uniti.

—   għal PartnerRe: kumpanija elenkata fil-Borża ta’ New York, li fil-biċċa l-kbira tipprovdi riassigurazzjoni u, sa ċertu punt, ċerti linji ta’ assigurazzjoni ta’ speċjalità bħall-avjazzjoni u l-ispazju, l-enerġija, l-inġinerija, tal-baħar, każwalità ta’ speċjalità u proprjetà ta’ speċjalità, fuq bażi globali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Każ M.7768 — Exor/PartnerRe, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.