4.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7728 — Amcor/Sidel/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 290/07)
1. |
Fis-27 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Amcor Group GmbH (l-Iżvizzera) li tappartjeni lil Amcor Group u Sidel Participations SAS (Franza) ikkontrollata minn Tetra Laval Group, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li tikkonsisti f’entità ġuridika eżistenti, DISCMA AG (“DISCMA”, l-Iżvizzera) u entità li għadha kemm inħolqot, LiquiForm Group LLC (“LiquiForm”, l-Istati Uniti tal-Amerka), permezz ta’ ftehimiet. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Amcor: il-manifattura u l-fornitura ta’ prodotti ta’ ppakkjar riġidi u flessibbli għall-ikel, ix-xorb, il-kura tas-saħħa, il-kura tad-dar u l-kura personali u l-industriji tat-tabakk, — għal Sidel: Sidel tagħmel parti mill-grupp Tetra Laval Group, grupp privat ta’ kumpaniji li jikkonsisti fi tliet gruppi tal-industrija: Tetra Pak, Sidel u DeLaval. Tetra Pak hija attiva fl-ipproċessar tal-ikel u s-soluzzjonnijiet għall-ippakkjar. In-negozju ewlieni tagħha jinkludi l-bejgħ ta’ imballaġġ u soluzzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel b’materjal ta’ ppakkjar tal-kartun. Sidel hija fornitur globali ta’ tagħmir U soluzzjonijiet tal-imballaġġ, b’mod partikolari makkinarju li jagħmel il-forom bl-infiħ (stretch blow moulding) biedx isiru fliexken tal-plastik PET u magni ta’ mili għall-fliexken tal-plastik u tal-ħġieġ u l-laned. DeLaval hija fornitur ta’ servizz komplet lir-raħħala li jipproduċu prodotti tal-ħalib. Il-kumpanija tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza madwar id-dinja tagħmir u soluzzjonijiet kompleti għall-produzzjoni tal-ħalib u t-trobbija tal-annimali, — għal DISCMA u LiquiForm: jikkummerċjalizzaw teknoloġija ġdida għall-forom u l-mili ta’ kontenituri b’bażi ta’ polimeri għal oġġetti tal-konsum. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7728 — Amcor/Sidel/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.