14.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7723 — KKR/Reggeborgh/Deutsche Glasfaser)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 266/08)

1.

Fis-6 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KKR & Co. LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Reggeborgh Invest BV (“Reggeborgh”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Deutsche Glasfaser Holding GmbH (“Deutsche Glasfaser”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KKR: konsulenza lil u ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ investiment globali,

—   għal Reggeborgh: attivitajiet ta’ investiment fuq terminu twil ta’ żmien f’diversi setturi, fosthom it-telekomunikazzjonijiet, is-servizzi ta’ kostruzzjoni, il-proprjetà immobbli, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ aggregati, l-inċinerazzjoni tal-iskart,

—   għal Deutsche Glasfaser: il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fil-livelli tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa fil-Ġermanja, fosthom l-aċċess għall-Internet, il-komunikazzjoni fissa bil-vuċi u televiżjoni bi ħlas, permezz tal-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ netwerks tal-fibra ottika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7723 — KKR/Reggeborgh/Deutsche Glasfaser, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.