|
4.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/6 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7661 — Archer Daniels Midland Company/Eaststarch)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 255/05)
|
1. |
Fit-28 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Arthur Daniels Midland Company (“ADM”) tal-Istati Uniti tal-Amerika takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta' Eaststarch CV kollha kemm hi (“Eaststarch”) tan-Netherlands permezz ta' xiri ta' ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal ADM: l-ipproċessar ta’ żrieragħ taż-żejt, qamħirrum, qamħ, kakaw u prodotti agrikoli oħra, u l-manifuttura ta’ smida tal-proteina, żejt veġetali, dolċifikant magħmul mill-qamħirrum, dqiq, bijodiżil, etanol u ikel u ingredjenti tal-għalf oħrajn b'valur b'miżjud, — għal Eaststarch: il-manifattura u l-bejgħ ta' lamti b'bażi tal-qamħirrum, dolċifikanti likwidi, ingredjenti tal-ikel oħrajn, koprodotti tal-qamħirrum u alkoħol agrikolu. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7661 — Archer Daniels Midland Company/Eaststarch, f' dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.