22.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7659 — Groupe InVivo/Scael/Carneau)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 240/05)

1.

Fl-14 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Groupe InVivo (“InVivo”, Franza) u Société Agricole Cooperative d’Eure-et-Loire (“Scael”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Carneau Frères Eurogazon (“Carneau”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal InVivo: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żrieragħ, is-saħħa tal-annimali u l-għalf tal-annimali, loġistika u ħażna ta’ ċereali,

—   għal Scael: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żrieragħ, l-akkwist u l-kummerċ ta’ ċereali, ħwienet tal-ġonna,

—   għal Carneau: Il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żrieragħ.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7659 — Groupe InVivo/Scael/Carneau f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.