18.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7674 — Talanx / Nord/LB / Caplantic)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 235/03)

1.

Fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha TAM (il-Ġermanja) ikkontrollata minn Talanx AG (“Talanx”) u Nord / LB (il-Ġermanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll konġunt ta' Caplantic permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal TAM / Talanx: ġestjoni tal-assi, u assikurazzjoni mhux fuq il-ħajja, assikurazzjoni fuq il-ħajja u r-riassikurazzjoni;

—   għal NordLB: servizzi bankarji kummerċjali u dawk bankarji ċentrali għall-banek tat-tfaddil;

—   għal Caplantic: ġestjoni ta’ investiment ta’ assi alternattivi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7674 — Talanx / Nord/LB / Caplantic, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.