|
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7498 — Compagnie de Saint-Gobain/Sika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 209/08)
|
1. |
Fis-16 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Saint-Gobain SA (“Saint-Gobain”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Sika AG kollha kemm hi (“Sika”, l-Iżvizzera) permezz ta’ xiri ta’ ishma f'Schenkler-Winkler Holding AG. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Saint-Gobain: il-manifattura ta’ ħġieġ, materjali ta’ prestazzjoni għolja, prodotti tal-kostruzzjoni (inkluż materjal għat-tikħil) u ppakkjar tal-ħġieġ, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini, — għal Sika: il-manifattura ta’ kimiċi ta’ speċjalità, b’mod partikolari kimiċi tal-kostruzzjoni, siġillanti u adeżivi, il-manifattura ta’ taħlit tat-tikħil. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7498 — Compagnie de Saint-Gobain/Sika, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).