4.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 183/1


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

Tobba (AD 11)

EPSO/AD/308/15 – is-sit ta' Brussell

EPSO/AD/309/15 – is-siti tal-Lussemburgu u ta' Ispra

(2015/C 183 A/01)

Id-data ta' skadenza għar-reġistrazzjoni: is-7 ta’ Lulju 2015 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, ibbażati fuq kwalifiki u testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva li minnhom il-Kummissjoni Ewropea se tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “tobba” (grupp ta’ funzjoni AD) għas-siti tagħha fi Brussell (BE), il-Lussemburgu (LU) u Ispra (IT).

Dan l-Avviż ta' Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa li huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoin Ewropea C 70 A tas-27 ta' Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC) jifforma l-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta' selezzjoni.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

EPSO/AD/308/15 – Brussell: 10

EPSO/AD/309/15 — Sit 1: Il-Lussemburgu: 5; Sit 2. Ispra 5

L-intenzjoni hija li jiġu reklutati tobba għal assenjazzjoni fis-siti msemmija f’dan l-avviż, iżda dan ma jeskludix il-possibbiltà li l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal jista' jiġi applikat, li skontu uffiċjali jistgħu jiġu trasferiti lejn sit ieħor tax-xogħol matul il-karriera tagħhom jekk l-interessi tas-servizz jeħtieġu dan. (L-Artikolu 7 jista' jinstab fir-Regolament 31 (http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF))

EPSO/AD/309/15 fiha żewġ għażliet. Tista’ tapplika biss għal waħda minn dawn. Din l-għażla għandek tagħmilha waqt l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tibdilha ġaladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni elettronika tiegħek.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI SE NAGĦMEL?

Jekk tiġi reklutat minn din il-kompetizzjoni tibda twettaq erba' tipi prinċipali ta’ xogħlijiet:

1.

Eżamijiet mediċi u pariri għall-persunal u kandidati

2.

Kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa, prevenzjoni u protezzjoni fil-post tax-xogħol

3.

Kollaborazzjoni ma’ tobba esterni u/jew ma’ servizzi ta’ sptar

4.

It-tmexxija tat-tim u l-amministrazzjoni

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li jridu jiġu mwettqa.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha tiegħek bħala ċittadin ta' Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

Kundizzjonijiet speċifiċi: Lingwi

Lingwa 1: livell minimu – C1 f'waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE

Lingwa 2: livell minimu – B2 fl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż; trid tkun differenti mil-lingwa 1

Għal dettalji dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi ( https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Kundizzjonijiet speċifiċi: Kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Konklużi l-istudji universitarji ta’ mill-anqas 4 snin iċċertifikati b’diploma fil-mediċina rikonoxxut uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

kif ukoll

Diploma ta’ speċjalizzazzjoni medika miksuba wara d-diploma msemmija hawn fuq.

Għal dettalji dwar livelli ta' diplomi, ara l-Anness I tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa ( http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC)

Mill-anqas 12-il sena esperjenza professjonali miksuba wara diploma fil-mediċina f'waħda jew iktar mill-oqsma relatati li ġejjin:

Għall-EPSO/AD/308/15Brussell: mediċina tax-xogħol, mediċina ġenerali, mediċina interna, mediċina tropikali, l-ergonomija, kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard, is-saħħa pubblika jew psikjatrija.

Għall-EPSO/AD/309/15Il-Lussemburgu/Ispra: mediċina tax-xogħol, mediċina ġenerali, mediċina interna, mediċina tropikali, l-ergonomija, kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard, is-saħħa pubblika, psikjatrija, mediċina ta' emerġenza (għal Ispra biss) jew protezzjoni mir-radjazzjoni.

It-tieni lingwa magħżula trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż, jew il-Ġermaniż . Dawn huma l-lingwi prinċipali tax-xogħol użati fl-istituzzjonijiet tal-UE u, fl-interessi tas-servizz, ir-rekluti l-ġodda jridu jkunu kapaċi li jibdew jaħdmu u jikkomunikaw mal-ewwel b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum f’mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi.

Ara l-ANNESS II għal informazzjoni addizzjonali dwar il-lingwi f'kompetizzjonijiet tal-UE.

KIF INKUN MAGĦŻUL?

(1)    Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki

L-ewwel nett, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà tal-kandidati kollha għal kull kompetizzjoni jiġu vverifikati abbażi ta' informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni elettronika tal-kandidati.

It-tieni, għall-kandidati eliġibbli biss, l-għażla abbażi tal-kwalifiki ssir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet (Talent Screener Tab) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord ta' selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju ta' selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (minn 1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.

Imbagħad, il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien sabiex jiġu identifikati dawk li l-profili tagħhom jissodisfa l-aħjar id-dmirijiet li se jwettqu.

Ara l-ANNESS III għal-lista ta' kriterji għal kull sit.

(2)    Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Sa massimu ta’ 3 darbiet in-numru ta’ kandidati magħżula mfittxija għal kull kompetizzjoni u sit se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk inti tikseb waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, int tkun mistieden tattendi Ċentru ta’ Valutazzjoni għal jum jew tnejn fejn isirulek it-testijiet bil- lingwa 2 tiegħek. Għal EPSO/AD/308/15, dan probabbilment ser ikun fi Brussell u għal EPSO/AD/309/15, probabbilment fil- Lussemburgu .

Fiċ-Ċentru ta' Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ ħames testijiet (intervisti bbażati fuq il-kompetenzi ġenerali u speċifiċi, eżerċizzju fi grupp, studju ta’ każ u diskussjoni dwar żewġ każi kliniċi) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenzi

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Studju ta' każ

Eżerċizzju fi grupp

2.

Komunikazzjoni

Studju ta' każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Studju ta' każ

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

4.

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Studju ta' każ

Eżerċizzju fi grupp

6.

Reżiljenza

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

7.

Ħidma f'tim

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

8.

Ħiliet ta' tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

Marki minimi meħtieġa

3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox

Kompetenzi speċifiċi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi

Diskussjoni dwar żewġ każijiet kliniċi

Marka minima meħtieġa

30/60

30/60

(3)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord ta' selezzjoni jistabbilixxi lista ta’ riżerva għal kull kompetizzjoni u sit, magħmula mill-kandidati eliġibbli li ġabu l-aħjar marki fit-testijiet kollha wara ċ-Ċentru ta' Valutazzjoni, sakemm jintlaħaq in-numru meħtieġ ta’ kandidati magħżula. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.

META U FEJN NISTA' NAPPLIKA?

Applika onlajn fuq is-sit elettroniku tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:

Is-7 ta’ Lulju 2015 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

ID-DMIRIJIET

Dawn il-kompetizzjonijiet miftuħa huma maħsuba biex jiġu reklutati Amministraturi (AD 11) li d-dmirijiet tagħhom ikunu li jwettqu l-kompiti meħtieġa ta’ uffiċjal mediku tal-istituzzjoni:

eżamijiet mediċi tal-membri tal-persunal u l-applikanti;

eżamijiet u konsultazzjonijiet relatati mas-saħħa okkupazzjonali;

opinjonijiet mediċi amministrattivi;

kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard;

emerġenzi mediċi (għal Ispra biss);

kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa;

protezzjoni mir-radjazzjoni (għal-Lussemburgu u Ispra biss);

parteċipazzjoni fil-ħidma ta’ diversi fora:

saħħa u sikurezza fil-post tax-xogħol,

l-invalidità,

bord ta’ konsulenti mediċi għolja tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

tmexxija ta' tim;

żamma ta’ kuntatti ma’ tobba esterni u/jew sptarijiet fl-oqsma speċjalizzati tagħhom;

trattament ta’ kawżi u proċeduri amministrattivi.

Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

IL-LINGWI

F’konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs. il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni stabilixxew hawn taħt ir-raġunijiet għalfejn f'din il-kompetizzjoni ġiet limitata l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interessi tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna.

Il-prassi li jintużaw prinċipalment l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż għall-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE ilha fis-seħħ u dawn huma wkoll il-lingwi meħtieġa l-aktar spiss waqt komunikazzjoni esterna u fit-trattament tal-kawżi. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati bħala t-tieni lingwa fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jistenna mill-kandidati għal pożizzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, sabiex ikun hemm bilanċ bejn l-interess u l-ħtiġijiet tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, u minħabba l-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun leġittimu li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li l-kandidati kollha jkunu kapaċi jaħdmu f'mill-inqas waħda minnhom, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom. Il-valutazzjoni ta' kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-istituzzjonijiet li jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f'ambjent simili ħafna għal dak li se jsibu fl-impjieg.

Għal dawn l-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi ristretta l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Barra dan, din l-eżiġenza tiżgura l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati u fil-verifika tal-applikazzjonijiet tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda mit-tlieta – irid jagħmel xi testijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tlieta.

Xejn minn dan ma jaffettwa l-possibilità ta' taħriġ f'lingwa aktar tard biex jippermetti lill-persunal li jaħdem b'tielet lingwa, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-bord ta' selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla bbażata fuq il-kwalifiki:

EPSO/AD/308/15 – Brussell:

1.

Mill-inqas 5 snin esperjenza professjonali li għadha għaddejja f’mediċina okkupazzjonali

2.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali ta’ kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard

3.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’mediċina ġenerali

4.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’mediċina interna

5.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fl-ergonomija

6.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fis-saħħa pubblika

7.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fil-psikjatrija

8.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali f’mediċina tropikali

9.

Esperjenza professjonali fit-trattament ta’ kawżi u proċeduri amministrattivi f’ambjent mediku

10.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ġestjoni ta' tim mediku.

11.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’ambjent internazzjonali/multikulturali f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: mediċina okkupazzjonali, mediċina ġenerali, mediċina interna, mediċina tropikali, l-ergonomija, kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard, is-saħħa pubblika jew psikjatrija.

12.

Għarfien ippruvat tal-Ingliż u/jew tal-Franċiż (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (CEFR) http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

EPSO/AD/309/15 – Il-Lussemburgu/Is-siti tal-Ispra:

1.

Mill-inqas 5 snin esperjenza professjonali li għadha għaddejja f’mediċina okkupazzjonali

2.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali ta’ kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard

3.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’mediċina ġenerali

4.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali fil-protezzjoni mir-radjazzjoni

5.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali f’mediċina ta' emerġenza (għal Ispra biss)

6.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’mediċina interna

7.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fl-ergonomija

8.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fis-saħħa pubblika

9.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali fil-psikjatrija

10.

Mill-inqas sentejn esperjenza professjonali f’mediċina tropikali

11.

Esperjenza professjonali fit-trattament ta’ kawżi u proċeduri amministrattivi f’ambjent mediku

12.

Esperjenza professjonali fil-qasam tal-ġestjoni ta' tim mediku.

13.

Mill-inqas 3 snin esperjenza professjonali f’ambjent internazzjonali/multikulturali f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: mediċina tax-xogħol, mediċina ġenerali, mediċina interna, mediċina tropikali, l-ergonomija, kontroll mediku ta’ assenzi minħabba mard, is-saħħa pubblika, psikjatrija, mediċina ta' emerġenza (għal Ispra biss) jew protezzjoni mir-radjazzjoni.

14.

Għarfien ippruvat tal-Ingliż u/jew tal-Franċiż (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (CEFR) http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

15.

Għarfien ippruvat ta' waħda jew iktar minn dawn il-lingwi li ġejjin: L-Olandiż u/jew il-Ġermaniż għal-Lussemburgu; It-Taljan u/jew l-Ispanjol għal Ispra (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (CEFR) http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali