3.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7541 — IAG/Aer Lingus)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 182/06)

1.

Fis-27 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha International Consolidated Airlines Group, SA (“IAG”, ir-Renju Unit u Spanja) takkwista indirettament fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Aer Lingus Group, plc. kollu kemm hu (“Aer Lingus”, l-Irlanda) permezz ta' offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal IAG: IAG hi l-kumpanija possedenti ta’ kull waħda mil-linji tal-ajru li ġejjin, British Airways plc., Iberia Líneas Aéreas de España SA, Vueling Airlunes, SA Il-linji tal-ajru tal-IAG itiru lejn madwar 200 destinazzjoni. IAG huwa attiv f’servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati għall-passiġġieri; it-trasport tal-merkanzija bl-ajru; il-manutenzjoni, it-tiswija u s-servizzi ta’ spezzjoni; u servizzi tar-rampa fl-ajruport,

—   għal Aer Lingus: Aer Lingus taħdem lejn aktar minn 75 destinazzjoni, primarjament fiż-ŻEE u fl-Amerika ta’ Fuq. Aer Lingus hija attiva prinċipalment fit-trasport skedat tal-passiġġieri bl-ajru.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7541 — IAG/Aer Lingus, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).