|
3.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7640 — LBO France/IKKS)
Każ għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 182/04)
|
1. |
Fit-22 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet” li permezz tagħha LBO France Gestion (“LBO Franza”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ IKKS Group (“IKKS”, Franza) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal LBO France: ekwità privata u akkwiżizzjoni maġġoritarja ingranata, — għal IKKS: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ lbies u żraben ta’ firxa medja għall-irġiel, in-nisa u t-tfal. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għall-ipproċessar skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentawlha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7640 — LBO France/IKKS, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.