19.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7562 — Canada Life Group/LGII)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 162/12)

1.

Fil-11 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Canada Life Group (UK) Limited (“Canada Life”, ir-Renju Unit), sussidjarja indiretta ta’ Great-West Lifeco Inc., finalment ikkontrollata minn Power Corporation of Canada, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Legal & General International (Ireland) Limited kollha kemm hi (“LGII”, l-Irlanda) permezz tax-xiri ta’ ishma, kif ukoll il-kontroll tal-kotba kontabbli kurrenti ta’ poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ Legal & General Deutschland (“negozju fuq il-ħajja ta’ LG Deutschland”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Canada Life: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, tfaddil għall-irtirar u ġestjoni tal-assi b’mod partikolari fir-Renju Unit, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man u l-Ġermanja,

—   għal LGII: il-provvediment ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja prinċipalment fir-Renju Unit u, fuq skala iżgħar, fiċ-Channel Islands, fl-Isle of Man u l-Italja,

—   in-negozju fuq il-ħajja ta’ LG Deutschland: l-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7562 — Canada Life Group/LGII, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.