|
12.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7484 — Plastipak/APPE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 156/05)
|
1. |
Fl-4 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Plastipak Holdings, Inc. (“Plastipak”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata ultimament minn Goldman Sachs Group, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) u William C. Young (l-Istati Uniti tal-Amerka), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ APPE permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Plastipak: manifattur ta’ reżini tal-plastik, kontenituri għall-imballaġġ u proformi tal-plastik u involut f’operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ għall-produzzjoni ta’ materja prima riċiklata tal-plastik, wara l-użu mill-konsumaturi, — for APPE: manifattur ta’ reżini tal-plastik u kontenituri għall-imballaġġ u proformi tal-plastik u involut f’operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ għall-produzzjoni ta’ materja prima riċiklata tal-plastik, wara l-użu mill-konsumaturi. APPE tinkludi unitajiet ta’ negozju li ġejjin: APPE Iberia, S.A.U. (Spanja), APPE France, S.A.S. (Franza), APPE UK Limited (ir-Renju Unit), APPE Deutschland GmbH (il-Ġermanja) u APPE Benelux, N.V. (il-Belġju), flimkien mal-kumpaniji relatati APPE Polska, Sp.z.o.o. (il-Polonja) u APPE Nordic AB (l-Iżvezja), interess ta’ kontroll f’APPE-CCE Recyclage, S.A.S (Franza) u APPE Maroc (il-Marokk) u APPE Turkpack Plastik Ambalaj Malzemeleri San A.S. (it-Turkija). |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7484 — Plastipak/APPE, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).