| 
                7.5.2015  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                CA 150/1  | 
         
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI MIFTUĦA — EPSO/AD/303/15
Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u Maniġment tal-Għajnuna lil Pajjiżi li mhumiex fl-UE (AD 7)
(2015/C 150 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: id- 9 ta' Ġunju 2015 f'12.00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riserva ta’ 60 kandidat li jgħaddu mill-kompetizzjoni u li minnha l-Kummissjoni Ewropea tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ amministraturi ” (grupp ta’ funzjoni AD).
Dan l-Avviż ta' Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa li huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-27 ta' Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC) jifforma l-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura ta' selezzjoni.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
L-amministraturi jappoġġjaw l-aktar lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fejn jaħdmu. Din il-kompetizzjoni tal-AD 7 tiffoka fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-maniġment tal-għajnuna lil pajjiżi li mhumiex fl-UE.
Jekk inti tiġi impjegat wara din il-kompetizzjoni tibda tagħmel ħames tipi prinċipali ta’ xogħlijiet bħala parti f’tim:
| 
                1.  | 
            
                Tanalizza kwistjonijiet u politiki relatati mal-iżvilupp;  | 
         
| 
                2.  | 
            
                Tiżviluppa politiki nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp;  | 
         
| 
                3.  | 
            
                Tidentifika, tiżviluppa u timmaniġġja proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp;  | 
         
| 
                4.  | 
            
                Timmaniġġja programmi ta’ appoġġ baġitarju;  | 
         
| 
                5.  | 
            
                Timaniġġja timijiet  | 
         
Barra minn hekk, jekk inti tiġi impjegat x’aktarx li tqatta' parti mill-karriera tiegħek taħdem f’delegazzjoni tal-UE f’pajjiżi fejn il-kondizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.
Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
| 
                Kundizzjonijiet ġenerali  | 
            
               
 
 
  | 
         ||||||
| 
                Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi  | 
            
               
 
 Għal dettalji dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi ( https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)  | 
         ||||||
| 
                Kundizzjonijiet speċifiċi: kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol  | 
            
               
 
 Għal dettalji dwar diplomi, ara l-Anness 1 tar-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC)  | 
         
It-tieni lingwa magħżula trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Dawn huma l-lingwi ta' ħidma prinċipali użati fl-istituzzjonijiet tal-UE u, fl-interessi tas-servizz, ir-rekluti l-ġodda jridu jkunu kapaċi li jibdew jaħdmu u jikkomunikaw mal-ewwel b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum f’mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi.
Ara l-ANNESS II għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi f’kompetizzjonijiet tal-UE.
KIF NINTGĦAŻEL?
(1) Testijiet b'Ġħażliet Multipli (MCQ) bil-kompjuter
Jekk l-għadd ta’ kandidati jaqbeż ċertu limitu definit mill-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li jkunu vvalidaw l-applikazzjoni sad-data ta’ għeluq se jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’waħda miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Jekk l-għadd ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn it-testijiet se jiġu organizzati fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni (punt 3) minflok.
It-testijiet MCQ bil-kompjuter se jkunu organizzati kif ġej:
| 
                Testijiet  | 
            
                Lingwa  | 
            
                Mistoqsijiet  | 
            
                Tul ta' ħin  | 
            
                Minimu meħtieġ  | 
         
| 
                Ir-raġunament verbali  | 
            
                Lingwa 1  | 
            
                20 mistoqsija  | 
            
                35 min  | 
            
                10/20  | 
         
| 
                Ir-raġunament numeriku  | 
            
                Lingwa 1  | 
            
                10 mistoqsija  | 
            
                20 min  | 
            
                Numeriku + astratt flimkien: 10/20  | 
         
| 
                Ir-raġunament astratt  | 
            
                Lingwa 1  | 
            
                10 mistoqsija  | 
            
                10 min  | 
         
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jpattux għat-testijiet l-oħrajn li jsiru fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni.
(2) Selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki
L-ewwel nett, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà se jiġu vverifikati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidati. Hemm żewġ xenarji possibbli:
| 
                —  | 
            
                Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ikunu organizzati minn qabel, il-fajls tal-kandidati jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f'ordni dekrexxenti tal-marki li jiksbu sakemm l-għadd ta' kandidati eliġibbli jilħaq il-livell limitu msemmi fil-punt 1. Il-fajls l-oħrajn ma jiġux iċċekkjati,  | 
         
| 
                —  | 
            
                Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter ma jkunux organizzati bil-quddiem , il-fajls tal-kandidati kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.  | 
         
It-tieni nett, għall-kandidati eliġibbli biss magħżula kif spjegat hawn fuq; is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet (EN – Talent Screener, FR – évaluateur de talent, DE – Talentfilter) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord ta' selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju ta' selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.
Imbagħad, il-bord ta' selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom sabiex jidentifika dawk li l-profili tagħhom jaqbel l-aktar mad-dmirijiet li għandhom jitwettqu.
Ara l-ANNESS III għal-lista ta’ kriterji.
(3) Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni
Għal din il-fażi jiġu mistiedna massimu tat-triplu tal-għadd ta’ kandidati li jgħaddu mill-kompetizzjoni. Jekk inti tikseb waħda mill- ogħla marki totali fis-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, int tkun mistieden f’Ċentru ta’ Valutazzjoni għal jum jew tnejn, x’aktarx fi Brussell , fejn isiru t-testijiet bil- lingwa 2 tiegħek.
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 1 ma jkunux organizzati minn qabel , inti tagħmilhom fiċ-Ċentru tal-Valutazzjoni.
Fiċ-Ċentru ta' Valutazzjoni jiġu ttestjati tmien kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni permezz ta’ erba' testijiet (intervisti ġenerali u speċifiċi bbażati fuq il-kompetenza, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
| 
                Kompetenzi  | 
            
                It-testijiet  | 
         |||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Studju ta' każ  | 
         ||
               
  | 
            
                Studju ta' każ  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
               
  | 
            
                Studju ta' każ  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Studju ta' każ  | 
         ||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
               
  | 
            
                Eżerċizzju fi grupp  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali  | 
         ||
| 
                Marki minimi meħtieġa  | 
            
                3/10 għal kull kompetenza u 40/80 b’kollox  | 
         |||
| 
                L-ippeżar tal-kompetenzi ġenerali  | 
            
                40 % tal-marka globali  | 
         |||
      
   
| 
                Kompetenzi  | 
            
                Test  | 
         
| 
                Kompetenzi speċifiċi  | 
            
                Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi  | 
         
| 
                Marki minimi meħtieġa  | 
            
                50/100  | 
         
| 
                L-ippeżar tal-kompetenzi speċifiċi  | 
            
                60 % tal-marka globali  | 
         
4) Lista ta’ riserva
Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord ta' selezzjoni joħloq lista ta’ riserva tal-kandidati eliġibbli li jġibu l-ogħla marki fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni, sakemm jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ kandidati li għaddew. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.
FEJN U META NISTA' NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
9 ta' Ġunju 2015 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
ANNESS I
ID-DMIRIJIET
L-amministraturi tal-UE se jkunu mistennija jwettqu kompiti fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif deskritt bħala indikazzjoni hawn taħt:
| 
                   —  | 
               
                   jikkontribwixxu għall-analiżi tal-kwistjonijiet u politiki relatati mal-iżvilupp, l-elaborazzjoni ta’ politiki nazzjonali u reġjonali għall-iżvilupp, inklużi politiki tas-settur, u djalogi ta’ politika mas-sħab u l-partijiet konċernati rilevanti,  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jipparteċipaw fl-identifikazzjoni u l-formulazzjoni ta’ proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp li jinkludu t-tħejjija ta’ proposti u ftehimiet ta' finanzjament,  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jipparteċipaw fl-immaniġġjar operazzjonali ta’ proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż l-abbozzar ta’ termini ta’ referenza, is-sejħiet għall-offerti, l-ikkuntrattar u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti (l-awditjar, l-approvazzjoni ta’ rapporti, pagamenti u għeluq ta’ kuntratti),  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jipparteċipaw fl-immaniġġjar operazzjonali tal-programmi ta’ appoġġ baġitarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp,  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jissorveljaw u jevalwaw il-proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp,  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jaġixxu bħala ħolqa mal-atturi rilevanti kollha bħall-kontropartijiet governattivi, organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp,  | 
            
| 
                   —  | 
               
                   jimmaniġġjaw tim ta' professjonisti.  | 
            
L-applikant jaqbel, billi jivvalida l-formola ta' applikazzjoni, li jaċċetta l-obbligu ta' servizz f’delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-aktar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp).
Dawk reklutati jridu jkunu lesti jaċċettaw l-ewwel kollokament f’delegazzjoni f’pajjiż fejn il-kondizzjonijiet tal-għajxien jistgħu jkunu diffiċli.
Id-delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn dawn il-lingwi huma l-aktar mitkellma: il-Franċiż, l-Ingliż, il-Portugiż u l-Ispanjol.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
IL-LINGWI
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, l-Italja vs. il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE jixtiequ jiddikjaraw ir-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni għal għadd żgħir ta' lingwi uffiċjali tal-UE.
Il-kandidati huma infurmati li l-opzjonijiet tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni ġew definiti f'konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġu li r-rekluti l-ġodda jibdew jaħdmu minnufih u li jkunu kapaċi jikkomunikaw b'mod effiċjenti fil-ħidma tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, ħidma effettiva tal-istituzzjonijiet tista' tiġi affettwata ħażin ħafna.
Il-prattika li jintużaw l-aktar l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż għall-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE ilha ħafna u dawn huma wkoll il-lingwi li huma ta' spiss l-aktar meħtieġa fil-komunikazzjoni esterna u fil-ġestjoni tal-każijiet. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati bħala t-tieni lingwa fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jistenna mill-kandidati għal pożizzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, sabiex ikun hemm bilanċ bejn l-interess u l-ħtiġijiet tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, u minħabba l-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun leġittimu li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li l-kandidati kollha jkunu kapaċi jaħdmu f'mill-inqas waħda minnhom, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti li l-istituzzjonijiet jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jibdew jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg.
Għall-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi limitata l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jiġu abbozzati l-applikazzjonijiet. Barra minn hekk, dan jiżgura l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati u l-verifika tal-formoli tal-applikazzjoni tagħhom.
Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs għall-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom tkun waħda minn dawn it-tlieta – irid jagħmel xi testijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.
Dan ma jaffettwax il-possibilità ta' taħriġ fil-lingwa aktar 'il quddiem li jippermetti li l-persunal jaħdem bit-tielet lingwa, kif meħtieġ skont l-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-bord ta' selezzjoni jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għas-selezzjoni bbażata fuq il-kwalifiki:
| 
                   1.  | 
               
                   Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi (dawn jistgħu jinkludu l-lingwa ewlenija tiegħek jew it-tieni lingwa kif iddikjarat fl-applikazzjoni): L-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż jew l-Ispanjol (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)).  | 
            
| 
                   2.  | 
               
                   Diploma jew ċertifikati f'wieħed minn dawn l-oqsma jew aktar, bħal: inġinerija, enerġija, żvilupp rurali, agronomija, saħħa/trobbija tal-annimali, sajd, sigurtà tal-ikel, tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, ġestjoni tal-foresti, ambjent, riżorsi naturali, tibdil fil-klima, edukazzjoni, saħħa, finanzi, ekonomija, amministrazzjoni tan-negozju, liġi, xjenzi soċjali, studji dwar l-iżvilupp, xjenza politika u relazzjonijiet internazzjonali.  | 
            
| 
                   3.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta' ħidma fil-kwartieri ġenerali ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija/ministeru tal-għajnuna bilaterali.  | 
            
| 
                   4.  | 
               
                   Esperjenza professjonali fil-maniġment ta’ proġetti jew programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp fuq il-post (fil-pajjiż benefiċjarju).  | 
            
| 
                   5.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta' ħidma f’rappreżentanza ta’ pajjiż għal organizzazzjoni bilaterali jew multilaterali (bħal delegazzjoni tal-UE, Ambaxxata/uffiċċju ta’ aġenzija għall-iżvilupp ta’ Stat Membru tal-UE, uffiċċju reġjonali tan-NU jew ekwivalenti).  | 
            
| 
                   6.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta’ ħidma fuq kwistjonijiet relatati ma' pajjiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u Stati fraġli.  | 
            
| 
                   7.  | 
               
                   Esperjenza professjonali bħala kapijiet ta' tim.  | 
            
| 
                   8.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta’ ħidma b'diversi modalitajiet ta’ għoti ta’ għajnuna bħal approċċ ta’ proġetti, programmi ta’ appoġġ f'politika settorjali, appoġġ baġitarju, taħliet ta' għotjiet u self jew strumenti finanzjarji oħrajn.  | 
            
| 
                   9.  | 
               
                   Esperjenza professjonali f’analiżi tal-politika u l-iżvilupp, jew djalogu tal-politika.  | 
            
| 
                   10.  | 
               
                   Esperjenza professjonali fl-abbozzar ta’ linji gwida għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp.  | 
            
| 
                   11.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta’ ħidma relatata ma’ kwistjonijiet trasversali bħal: demokrazija, ugwaljanza bejn il-ġeneri, sostenibbiltà ambjentali u tibdil fil-klima, governanza tajba u drittijiet tal-bniedem, drittijiet tat-tfal u tal-popli indiġeni, jew l-HIV/AIDS fi proġetti u programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp.  | 
            
| 
                   12.  | 
               
                   Esperjenza professjonali f’wieħed jew iktar minn dawn is-setturi, bħal: governanza, drittijiet tal-bniedem, elezzjonijiet, affarijiet parlamentari, ġudikatura, saħħa, edukazzjoni, kultura, komunikazzjoni, koeżjoni soċjali, ġeneru, protezzjoni tat-tfal, popli indiġeni, deċentralizzazzjoni u awtoritajiet lokali, makroekonomija, maniġment tal-finanzi pubbliċi, riforma tas-settur pubbliku, settur privat, kummerċ, integrazzjoni reġjonali, ambjent u riżorsi naturali, tibdil fil-klima, sigurtà tal-ikel, tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, żvilupp rurali, agrikoltura, saħħa/trobbija tal-annimali, forestrija, sajd, ilma, enerġija, infrastruttura, trasport.  | 
            
| 
                   13.  | 
               
                   Esperjenza professjonali f’wieħed jew iktar minn dawn is-setturi: awditjar, valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ proġetti u programmi għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp.  | 
            
| 
                   14.  | 
               
                   Esperjenza professjonali ta’ ħidma mas-settur privat f’kuntest ta’ żvilupp jew f’banek internazzjonali għall-iżvilupp.  | 
            
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali