|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 149/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7551 — Advent/Hypo Group Alpe Adria AG)
Każ kandidat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 149/04)
|
1. |
Fit-28 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-intrapriża Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ser takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni tal-intrapriża HYPO Group Alpe Adria AG (“HGAA”, l-Awstrija), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Advent: investitur globali ta’ ekwità privata f’setturi varji, inklużi l-midja, il-komunikazzjonijiet, is-servizzi finanzjarji, it-teknoloġija tal-informatika, il-bejgħ bl-imnut, l-industrija u l-farmaċewtiċi; — HGAA: kumpanija magħmula minn netwerk ta’ banek attivi (i) f’negozju bankarju ma’ klijenti fil-livell tal-konsumaturi, korporattivi u pubbliċi u (ii) f’negozju ta’ leasing fl-Ewropa tax-Xlokk, inkluż fil-Kroazja u s-Slovenja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7551 — Advent/Hypo Group Alpe Adria AG, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.