5.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7611 — IDeA/IP/Hunt/Corin)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 147/05)

1.

Fid-29 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha IDeA Capital Funds SGR S.p.A. (“IDeA”, l-Italja), IP Investimenti e Partecipazioni S.r.l. (“IP”, l-Italja) u Hunt Capital S.A.(“Hunt”, il-Lussemburgu) jiksbu, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Corin Group PLC (“Corin”, ir-Renju Unit), permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni fil-forma ta’ ftehim tal-azzjonisti modifikat.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal IDeA: il-ġestjoni ta’ fondi ta’ ekwità privata ta’ fondi u investimenti diretti permezz ta’ fondi diretti ta’ ekwità privata; IDeA hija indirettament ikkontrollata minn De Agostini S.p.A., il-kumpanija prinċipali aħħarija ta’ De Agostini Group (“De Agostini Group”). De Agostini Group hi attiva f’erba’ oqsma kummerċjali: il-pubblikazzjoni, il-midja, il-logħob u s-servizzi, il-finanzi.

—   għal IP: attivitajiet ta’ investiment, inklużi akkwiżizzjonijiet maġġoritarji ingranati, akkwiżizzjonijiet maġġoritarji mill-maniġment, riorganizzazzjoni tal-istruttura korporattiva (spin-offs) u rkupru finanzjarju mit-telf industrijali (turnarounds), inklużi negozji tal-familja u t-trasferiment ta’ negozji għall-ġenerazzjoni li jmiss.

—   għal Hunt: attivitajiet ta’ investiment, fi kwalunkwe forma, f’intrapriżi kummerċjali, industrijali, finanzjarji jew intrapriżi oħra.

—   għal Corin: id-disinn, il-manifattura, id-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti ortopediċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min wieħed jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew inkella bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7611 — IDeA/IP/Hunt/Corin, fuq dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.