5.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7605 — Equistone Partners Europe/Groupe Averys)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 147/04)

1.

Fis-27 ta’ April 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Equistone Partners Europe SAS (“Equistone”, Franza) li hija proprjetà ta’ Equistone LLP (ir-Renju Unit), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll waħdieni fuq Averys SAS u s-sussidjarji kollha tagħha (“Averys Group”, Franza) permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Equistone: l-immaniġġjar ta’ fondi kapitali ta’ investiment,

—   għal Averys Group: id-disinn, il-manufattura u l-installazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta' ħżin u arkivjar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7605 — Equistone Partners Europe/Groupe Averys, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.