|
9.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 114/1 |
AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI MIFTUĦA
EPSO/AST/135/15 – KAPIJIET TA' AMMINISTRAZZJONI (AST 4) F'DELEGAZZJONIJIET TAL-UE
(2015/C 114 A/01)
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: it-12 ta' Mejju 2015 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ 30 kandidat li għaddew mill-kompetizzjoni li minnha s-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna se jirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “kapijiet ta' amministrazzjoni” (grupp ta’ funzjoni AST).
Dan l-Avviż ta' Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A tas-27 ta' Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC), jiffurmaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura tas-selezzjoni.
LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?
Il-Kapijiet tal-Amministrazzjoni jgħinu lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex iwettqu l-mandat tagħhom fir-rigward ta’ kuljum tad-delega skont ir-regoli u r-regolamenti eżistenti.
Fost l-oħrajn, il-Kapijiet ta' Amministrazzjoni jikkoordinaw ix-xogħol tat-taqsima tal-amministrazzjoni u huma responsabbli għal oqsma differenti:
|
1. |
Riżorsi umani u ġestjoni tas-sigurtà; |
|
2. |
Il-ġestjoni finanzjarja u l-implimentazzjoni tal-baġit tad-Delegazzjoni; |
|
3. |
Il-ġestjoni tal-loġistika, tax-xiri u tal-uffiċċji tad-Delegazzjoni. |
Ara ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jiġu mwettqa.
JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?
Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:
|
Kundizzjonijiet ġenerali |
|
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi |
Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr) |
||||||
|
Kundizzjonijiet speċifiċi: kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol |
Għal dettalji dwar diplomi, ara l-Anness I tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC) |
Ara ANNESS II għal informazzjoni addizzjonali dwar lingwi f’kompetizzjonijiet tal-UE.
KIF INKUN MAGĦŻUL?
1) Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) fuq il-kompjuter
Jekk in-numru ta’ kandidati li japplikaw jeċċedi ċertu limitu , li jkun definit mill-EPSO li jaġixxi bħala Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li vvalidaw l-applikazzjoni sad-data ta’ għeluq ikunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta' tweġibiet fuq il-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.
Jekk in-numru ta’ kandidati jkun taħt il-limitu , dawn l-eżamijiet jiġu minflok organizzati fiċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni (punt 3).
It-testijiet MCQ bil-kompjuter se jkunu organizzati kif ġej:
|
Testijiet |
Lingwa |
Mistoqsijiet |
Tul ta' ħin |
Minimu meħtieġ |
|
Raġunar verbali |
Lingwa 1 |
20 mistoqsija |
35 min |
10/20 |
|
Raġunar numeriku |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
20 min |
Numeriku + astratt flimkien: 10/20 |
|
Raġunar astratt |
Lingwa 1 |
10 mistoqsijiet |
10 min |
Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jingħaddux għat-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni.
2) Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki
L-ewwel, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà se jiġu ċċekkjati abbażi ta' informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidati. Hemm 2 xenarji possibbli:
|
— |
Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidaturi se jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli msemmi fil-punt 1. Il-fajls l-oħra mhux se jiġu ċċekkjati; |
|
— |
Jekk it-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta' tweġibiet fuq il-kompjuter ma jiġux organizzati bil-quddiem , il-fajls tal-kandidati kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà. |
It-tieni nett, għall-kandidati eliġibbli biss magħżula kif spjegat hawn fuq; is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet (Talent Screener/Evaluateur de Talent/talentfilter) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord ta' selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju ta' selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.
Il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien biex jiġu identifikati dawk li l-profil tagħhom jissodisfa l-aħjar id-dmirijiet li se jwettqu.
Jekk jogħġbok ara ANNESS III għal-lista ta’ kriterji.
3) Iċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni
Massimu ta’ tliet darbiet in-numru ta’ kandidati magħżula se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk inti ksibt waħda mill- ogħla marki totali fl-għażla abbażi tal-kwalifiki, se tkun mistieden f’Ċentru ta’ Evalwazzjoni għal jum jew tnejn, x’aktarx fi Brussell , fejn isirulek testijiet bil- lingwa 2 tiegħek.
Jekk it-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta' tweġibiet fuq il-kompjuter deskritti f'punt 1 ma kinux organizzati bil-quddiem , int tagħmilhom fiċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni.
Seba’ kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni taċ-ċentru tal-evalwazzjoni se jiġu ttestjati permezz ta’ erba' testijiet (intervisti bbażati fuq kompetenzi ġenerali u speċifiċi, eżerċizzju fi grupp u studju ta’ każ) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:
|
Kompetenzi |
Testijiet |
|||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta' każ |
||
|
Studju ta' każ |
Intervista bbażata fuq kompetenzi ġenerali |
||
|
Studju ta' każ |
Intervista bbażata fuq kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Studju ta' każ |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq kompetenzi ġenerali |
||
|
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista bbażata fuq kompetenzi ġenerali |
||
|
Marki minimi meħtieġa |
3/10 għal kull kompetenza u 35/70 b'kollox |
|||
|
Il-piż assenjat lill-kompetenzi ġenerali |
45 % tal-marka globali |
|||
|
Kompetenzi |
It-test |
|
Kompetenzi f'oqsma speċifiċi |
Intervista bbażata fuq kompetenzi speċifiċi |
|
Minimu meħtieġ |
50/100 |
|
L-ippeżar tal-kompetenzi speċifiċi |
55 % tal-marka globali |
4) Lista ta’ riżerva
Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tal-għażla jistabbilixxi lista ta’ riżerva tal-kandidati eliġibbli li ġabu l-ogħla marki wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni sakemm jintlaħaq in-numru meħtieġ ta’ kandidati li għaddew. L-ismijiet jiġu elenkati f'ordni alfabetiku.
META U FEJN NISTA' NAPPLIKA?
Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sa:
it-12 ta' Mejju 2015 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.
ANNESS I
DMIRIJIET
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) qed ifittex persunal esperjenzat, b'bosta talenti u motivat sew biex jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea bħala Kapijiet ta' Amministrazzjoni, potenzjalment b’missjonijiet ta' taħriġ qabel fis-servizzi ta’ appoġġ fil-Kwartieri Ġenerali tas-SEAE.
Uffiċjali tas-SEAE matul il-karriera se jalternaw bejn reġjuni ġeografiċi differenti u l-kwartieri ġenerali u/jew funzjonijiet tax-xogħol skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-SEAE li tiddisponi li l-membri tal-persunal tas-SEAE għandhom ikunu soġġetti għal livell għoli ta’ mobilità (It-test sħiħ dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-SEAE jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali L 201 tat-3.8.2010: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32010D0427).
Id-Delegazzjonijiet tal-UE huma taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li huwa wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kap tal-Amministrazzjoni jassisti lill-Kap ta’ Delegazzjoni tal-UE fit-twettiq tal-mandat tiegħu/tagħha fir-rigward tat-tmexxija ta' kuljum tad-Delegazzjoni skont regoli u regolamenti eżistenti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni korretta ta’ baġit amministrattiv, riżorsi umani, loġistika, sikurezza u sigurtà tad-Delegazzjoni.
Taħt is-superviżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni, il-Kap tal-Amministrazzjoni jikkoordina x-xogħol tat-Taqsima tal-Amministrazzjoni. Flimkien, huma responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali amministrattiva u finanzjarja tal-baġit tad-Delegazzjoni, inklużi proċeduri ta’ akkwist, li jittrattaw kwistjonijiet tal-persunal (barranin u lokali), il-bini tad-Delegazzjoni, ir-residenza tal-Ambaxxatur tal-UE u l-akkomodazzjoni tal-persunal espatrijat. Huma responsabbli għal-loġistika, il-provvisti u s-servizzi u sabiex jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal. Il-Kap tal-Amministrazzjoni jaħdem flimkien mat-tim ta’ ġestjoni tad-Delegazzjoni biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tad-Delegazzjoni.
Id-dmirijiet jinkludu:
|
— |
Baġit u Finanzi It-tħejjija ta’ stimi għall-baġit operattiv annwali tad-Delegazzjoni; is-segwitu, l-aġġustament u l-verifika tal-implimentazzjoni tal-baġit awtorizzat; kontabilità; il-verifika ta' konformità mar-Regolament Finanzjarju u rekwiżiti legali u regolatorji oħrajn; kwistjonijiet tat-teżor bi ftehim mal-Uffiċjali Awtorizzanti. |
|
— |
Riżorsi Umani: Il-monitoraġġ ta’ bżonnijiet ta’ riżorsi, l-applikazzjoni korretta ta’ proċeduri ta’ għażla u/jew reklutaġġ ta' persunal lokali u barrani f’koordinazzjoni mal-maniġers responsabbli, il-kalkolu u l-ħlas lokali ta’ salarji inklużi benefiċċji, l-istabbiliment ta’ rapporti tal-persunal, proċeduri ta’ promozzjoni u bżonnijiet ta’ taħriġ. |
|
— |
Għajnuna loġistika: Il-kontroll ta’ assi fiżiċi tad-Delegazzjoni (uffiċċji, residenza, akkomodazzjonijiet, vetturi bil-mutur, għamara, tagħmir għad-djar u għall-uffiċċju, tagħmir tal-IT, eċċ...); l-amministrazzjoni tal-infrastruttura tas-sigurtà tad-Delegazzjoni, superviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ kuntratti tas-sigurtà (f’koordinazzjoni mal-koordinatur tas-sigurtà tad-Delegazzjoni); l-organizzazzjoni ta' proċeduri ta’ akkwist. |
|
— |
Amministrazzjoni Ġenerali: Pjanar effettiv u koordinazzjoni tal-attivitajiet inkluż it-tmexxija ta’ kuljum tat-taqsima amministrattiva, tħejjija ta’ rapporti, l-amministrazzjoni ta’ liv u l-ippjanar tal-missjonijiet tal-persunal kollu fid-Delegazzjoni; superviżjoni ta’ persunal tal-IT u persunal ieħor tekniku u ta’ appoġġ; it-trattament ta’ informazzjoni sensittiva jew klassifikata u d-dokumenti għat-trażmissjoni li jinkludi l-manutenzjoni tat-tagħmir użat u s-superviżjoni ta’ trattament xieraq tal-boroż diplomatiċi. |
|
— |
Rappreżentazzjoni u Negozjar: Attendenza f’isem il-Kap tad-Delegazzjoni f’laqgħat mal-awtoritajiet tal-pajjiż ospitanti, organizzazzjonijiet pubbliċi u privati u missjonijiet diplomatiċi oħra; b’mod partikolari, l-attendenza u l-presidenza ta' laqgħat ta’ missjonijiet diplomatiċi lokali tal-UE dwar kwistjonijiet amministrattivi lokali, konsulari jew materji relatati ma’ Schengen; abbozzar tajjeb u segwitu ta’ komunikazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali dwar kwistjonijiet amministrattivi għad-Delegazzjoni u l-persunal diplomatiku. |
Kull min japplika jaċċetta li ser jintalab jgħaddi minn kontroll ta’ sigurtà permezz tal-Istat Membru tiegħu jekk hu ma jkollux diġà awtorizzazzjoni tas-sigurtà f’livell xieraq, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà rilevanti.
Bil-validazzjoni tal-applikazzjoni, l-applikant jaqbel li jaċċetta l-obbligu li jservi f’delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Dawk reklutati għandhom ikunu lesti jaċċettaw l-ewwel kollokament f’delegazzjoni f’pajjiż fejn il-kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ sigurtà jistgħu jkunu diffiċli.
Id-delegazzjonijiet jinsabu f’pajjiżi fejn dawn il-lingwi li ġejjin huma l-aktar mitkellma: Il-Franċiż, l-Ingliż, il-Portugiż u l-Ispanjol.
Tmiem tal-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS II
IL-LINGWI
L-EEAS hija istituzzjoni multilingwa u r-regoli lingwistiċi li skonthom tiffunzjona huma definiti fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni.
L-għażliet tal-lingwa għal testijiet fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirriflettu l-ħtiġijiet tas-servizz u partikularment il-ħtiġijiet ta' kopertura lingwistika tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). L-Ingliż u l-Franċiż huma l-lingwi ta’ ħidma tal-PESK użati fil-kuntest tar-Relazzjonijiet Esterni. Għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż (inkluż il-kapaċità għall-abbozzar) hu għalhekk essenzjali sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni effettiva u skambju ta’ informazzjoni internament u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u pajjiżi li mhumiex fl-UE.
Minħabba n-natura speċifika ta’ din il-kompetizzjoni, il-kompetenzi ġenerali u f'oqsma speċifiċi tal-kandidati se jiġu vvalutati bl-Ingliż jew bil-Franċiż (il-lingwa 2 tal-kompetizzjoni). Dan huwa b’eċċezzjoni għall-għażliet lingwistiċi li normalment japplikaw għaċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni (l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż). Minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-ħidma ta’ Kapijiet tal-Amministrazzjoni f’Delegazzjonijiet tal-UE, huwa raġonevoli li wieħed jippermetti lill-kandidati sabiex jagħmlu t-testijiet ta' kompetenza ġenerali bl-Ingliż jew bil-Franċiż, peress li dan joffri garanzija aħjar li l-kandidati reklutati ser ikunu tal-ogħla kalibru f’termini ta’ kapaċità u effiċjenza f’dik il-lingwa.
Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali
ANNESS III
KRITERJI TAL-GĦAŻLA
Il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla bbażata fuq il-kwalifiki:
|
1. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sentejn fl-amministrazzjoni ta’ kuljum ta' riżorsi, minbarra dik meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni; |
|
2. |
Esperjenza professjonali fis-superviżjoni ta’ membri tat-tim f'kuntest diplomatiku/konsulari jew ta' NGO jew f’organizzazzjoni internazzjonali; |
|
3. |
Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas sena fl-amministrazzjoni f’ambjent multikulturali f’pajjiż mhux tal-UE; |
|
4. |
Esperjenza professjonali fit-twaqqif ta’ tim jew uffiċċju f’pajjiż jew fil-ġestjoni ta' bidla konsiderevoli fl-istabbiliment f’dak il-pajjiż taħt ċirkostanzi diffiċli; |
|
5. |
Esperjenza professjonali fit-twettiq ta’ baġit operattiv annwali, inkluż it-tħejjija, l-aġġustament jew il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tiegħu; |
|
6. |
Esperjenza professjonali fis-segwitu, aġġustament jew il-verifika tal-eżekuzzjoni ta' baġit awtorizzat u pre-stabbilit; |
|
7. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli inkluż l-organizzazzjoni ta' xogħlijiet ta’ manutenzjoni fis-settur tal-bini (elettriku, faċilitajiet sanitarji u idrawliċi, strutturi ta' akkomodazzjoni u ta' uffiċċju, eċċ.); |
|
8. |
Esperjenza professjonali ta’ ġestjoni loġistika inġenerali, infrastruttura, tagħmir jew provvisti inkluża l-organizzazzjoni tal-manutenzjoni u t-tiswija ta’ tagħmir tad-djar (ġeneraturi, invertituri, kondizzjonaturi tal-arja, eċċ.) jew ta’ tagħmir tal-uffiċċju (skanners, fotokopjaturi, PABX, magni għat-tqattigħ tal-karti, stallazzjonijiet ta’ sigurtà eċċ.) kif ukoll il-ġestjoni tal-provvisti (oġġetti ta’ konsum, provvisti tal-uffiċċju, parts tal-bdil eċċ.); |
|
9. |
Esperjenza professjonali fil-ġestjoni ta’ proċeduri ta’ sejħa għall-offerti, jew fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' kuntratti; |
|
10. |
Diploma jew esperjenza professjonali fl-akkwist pubbliku; |
|
11. |
Esperjenza professjonali fin-negozjati; |
|
12. |
Għarfien ippruvat ta’ waħda jew aktar minn dawn il-lingwi (differenti mil-lingwa 1 jew 2 tiegħek): L-Ingliż, il-Franċiż, il-Portugiż jew l-Ispanjol (livell minimu meħtieġ: B2 tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)). |
Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali