|
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 80/10)
|
1. |
Fit-2 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Mohawk Industries, Inc. (“Mohawk”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża International Flooring Systems S.A. (“IFS”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Mohawk Industries: Mohawk, bi kwartieri fl-Istati Uniti tal-Amerika, hija produttur u fornitur globali ta’ pannelli b’bażi tal-injam, materjal ta’ insulazzjoni u firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-art, inklużi twapet, rugs, injam iebes, fuljetti, madum taċ-ċeramika u kisi tal-art tal-vinil u l-ġebel. Fiż-ŻEE, Mohawk hija attiva prinċipalment permezz tas-sussidjarja tagħha li hija totalment proprjetà ta' Unilin, — għal IFS: IFS, ibbażata fil-Lussemburgu, hija grupp ta’ kumpaniji attivi fil-produzzjoni u l-provvista ta’ art laminata u kisi tal-art tal-vinil, pannelli b’bażi tal-injam, b’mod partikolari MDF materja prima u miksija. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).