|
4.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 75/3 |
Sejħa għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020
(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1363)
(2015/C 75/03)
Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, b’din qed iniedi sejħa għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.
Qed jintlaqgħu l-proposti għal din is-sejħa:
CEF-Energy-2015-1
L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula skont din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 100 miljun.
Il-proposti jridu jitressqu sad-29 ta’ April 2015.
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti jinsab fuq:
http://inea.ec.europa.eu/en/cef/cef_energy/apply_for_funding/cef_energy_calls_for_proposals_2015.htm