|
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7476 — Holtzbrinck Publishing Group/Springer Science + Business Media GP Acquisition SCA/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 74/09)
|
1. |
Fl-24 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Holtzbrinck Publishing Group (“HPG”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Georg von Holtzbrinck GmbH & Co. KG (“Holtzbrinck”, il-Ġermanja), u Springer Science+Business Media G.P. Acquisition SCA (“SSBM SCA”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata minn BC Partners Holdings Limited (UK), jakkwistaw il-kontroll konġunt fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet tal-joint venture ġdid (il-“Joint Venture”) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7476 — HPG/SSBM SCA/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).